Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0098

    Kawża F-98/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2016 – CP vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kap ta’ diviżjoni — Perijodu ta’ prova — Nuqqas ta’ konferma fil-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni — Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament — Telf ta’ opportunità)

    ĠU C 191, 30.5.2016, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/50


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2016 – CP vs Il-Parlament

    (Kawża F-98/15) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kap ta’ diviżjoni - Perijodu ta’ prova - Nuqqas ta’ konferma fil-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament - Telf ta’ opportunità))

    (2016/C 191/72)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: CP (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u O. Caisou-Rousseau, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni, tat-18 ta’ Lulju 2014, li, wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża F-8/13, CP vs Il-Parlament Ewropew, tas-26 ta’ Marzu 2014, ikkonfermat lir-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ diviżjoni, sa fejn din id-deċiżjoni ma tipprevedix ir-rikonoxximent retroattiv tal-istatus ta’ kap ta’ diviżjoni u l-għoti retroattiv taż-żieda fis-salarju bażiku għall-pożizzjoni tiegħu (allowance għall-pożizzjoni maniġerjali), u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

    Dispożittiv

    1)

    Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CP is-somma ta’ EUR 3 219,55. Din is-somma għandha tiżdied bl-interessi moratorji kkalkolati bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament u applikabbli matul il-perijodu inkwistjoni, miżjud b’żewġ punti, mill-1 ta’ Lulju 2011 sad-data tal-ħlas effettiv.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 294, 7.9.2015, p. 86.


    Top