Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0077

    Kawża F-77/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Zink vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Allowance tal-espatrijazzjoni — Żball amministrattiv li wassal għan-nuqqas ta’ ħlas tal-allowance tal-espatrijazzjoni għal diversi snin — Att li jikkawża ħsara — Dikjarazzjonijiet tas-salarju ma jirriflettux deċiżjoni — Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża — Talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Terminu raġjonevoli)

    ĠU C 191, 30.5.2016, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/49


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Zink vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-77/15) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance tal-espatrijazzjoni - Żball amministrattiv li wassal għan-nuqqas ta’ ħlas tal-allowance tal-espatrijazzjoni għal diversi snin - Att li jikkawża ħsara - Dikjarazzjonijiet tas-salarju ma jirriflettux deċiżjoni - Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu raġjonevoli))

    (2016/C 191/70)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Richard Zink (Bamako, Mali) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u F. Simonetti, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Annullament tad-deċiżjoni li jiġi limitat il-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni għal perijodu ta’ ħames snin, mid-data li fiha ġie skopert in-nuqqas ta’ ħlas ta’ din l-allowance u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas tal-interessi moratorji.

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Richard Zink għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 245, 27.07.2015, p. 51.


    Top