Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0023

    Kawża F-23/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Marzu 2016 – Kerstens vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Obbligi — Atti li jmorru kontra d-dinjità tas-servizz pubbliku — Tixrid ta’ kummenti inġurjużi dwar uffiċjal ieħor — Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal — Proċedura dixxiplinari — Investigazzjoni fil-forma ta’ eżami tal-fatti — Ċanfira — Artikolu 9(1)(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni — Irregolarità proċedurali — Konsegwenzi tal-irregolarità)

    ĠU C 156, 2.5.2016, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/55


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Marzu 2016 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-23/15) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Obbligi - Atti li jmorru kontra d-dinjità tas-servizz pubbliku - Tixrid ta’ kummenti inġurjużi dwar uffiċjal ieħor - Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċedura dixxiplinari - Investigazzjoni fil-forma ta’ eżami tal-fatti - Ċanfira - Artikolu 9(1)(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni - Irregolarità proċedurali - Konsegwenzi tal-irregolarità))

    (2016/C 156/77)

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Mourato, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li timponi sanzjoni dixxiplinari fuq ir-rikorrent li tikkonsisti f’ċanfira.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Petrus Kerstens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 127, 20.4.2015, p. 42.


    Top