Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0002

    Kawża F-2/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 – Pasqualetti vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju rreklutat mis-SEAE — Allowance ta’ installazzjoni — Allowance ta’ kuljum — Post ta’ oriġini — Post ta’ reklutaġġ — Bidla ta’ residenza — Rikors għal annullament — Kawża għad-danni — Ġurisdizzjoni sħiħa)

    ĠU C 156, 2.5.2016, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/55


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 – Pasqualetti vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-2/15) (1)

    ((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju rreklutat mis-SEAE - Allowance ta’ installazzjoni - Allowance ta’ kuljum - Post ta’ oriġini - Post ta’ reklutaġġ - Bidla ta’ residenza - Rikors għal annullament - Kawża għad-danni - Ġurisdizzjoni sħiħa))

    (2016/C 156/76)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Gergö Pasqualetti (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Véghely, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u T. S. Bohr, aġenti, sussegwentement T. S. Bohr, aġent)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti tal-allowance ta’ installazzjoni u tal-allowance ta’ kuljum lir-rikorrent u talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallsu dawn l-allowances flimkien mal-interessi.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2014 li permezz tagħha hija tirrifjuta li tagħti lil G. Pasqualetti l-benefiċċji tal-allowance ta’ installazzjoni u tal-allowance ta’ kuljum, previsti fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil G. Pasqualetti, skont ir-regoli fis-seħħ li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal, l-ammonti tal-allowances imsemmija fil-punt 1 tad-dispożittiv, miżjuda bl-interessi moratorji, mid-dati li fihom dawn kienu dovuti rispettivament u sad-data tal-ħlas effettiv, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid u applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn G. Pasqualetti.


    (1)  ĠU C 96, 23.3.2015, p. 25.


    Top