Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0683

    Kawża C-683/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 78, 29.2.2016, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/7


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-683/15)

    (2016/C 078/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K.-P. Wojcik, M. Heller u J. Hottiaux, bħala aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Pollakka

    Talbiet

    tikkonstata li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 30(1) tal-imsemmija direttiva;

    timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ sanzjoni fl-ammont ta’ EUR 51 456 kuljum sa mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE;

    tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE skada fil-31 ta’ Diċembru 2014


    (1)  ĠU L 173, p. 190.


    Top