This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0155
Judgment of the Court (Grand Chamber) of 7 June 2016.#George Karim v Migrationsverket.#Request for a preliminary ruling from the Kammarrätten i Stockholm - Migrationsöverdomstolen.#Reference for a preliminary ruling — Regulation (EU) No 604/2013 — Determining the Member State responsible for examining applications for asylum lodged in one of the Member States by a third-country national — Article 18 — Taking back an asylum seeker whose application is under examination — Article 19 — Cessation of responsibilities — Absence from the territory of the Member States for a period of at least three months — New procedure for determining the Member State responsible — Article 27 — Remedy — Extent of judicial review.#Case C-155/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ġunju 2016.
George Karim vs Migrationsverket.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm - Migrationsöverdomstolen.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/1013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal ażil imressqa f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz – Artikolu 18 – Teħid ta’ responsabbiltà għal applikant ta’ ażil li t-talba tiegħu tkun għadha qed tiġi eżaminata – Artikolu 19 – Tmiem tar-responsabbiltà – Assenza mit-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur – Proċedura ġdida għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli – Artikolu 27 – Rimedju ġudizzjarju – Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju.
Kawża C-155/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ġunju 2016.
George Karim vs Migrationsverket.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm - Migrationsöverdomstolen.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/1013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal ażil imressqa f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz – Artikolu 18 – Teħid ta’ responsabbiltà għal applikant ta’ ażil li t-talba tiegħu tkun għadha qed tiġi eżaminata – Artikolu 19 – Tmiem tar-responsabbiltà – Assenza mit-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur – Proċedura ġdida għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli – Artikolu 27 – Rimedju ġudizzjarju – Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju.
Kawża C-155/15.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2016:410
*A9* Kammarrätten i Stockholm - Migrationsöverdomstolen, Beslut av den 27/03/2015 (UM 6068-14)
*P1* Kammarrätten i Stockholm, Migrationsöverdomstolen, Avdelning 01, Dom 24/11/2016 (UM 6068-14)
Pas disponible en ligne.
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
7 ta’ Ġunju 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/1013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal ażil imressqa f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Artikolu 18 — Teħid ta’ responsabbiltà għal applikant ta’ ażil li t-talba tiegħu tkun għadha qed tiġi eżaminata — Artikolu 19 — Tmiem tar-responsabbiltà — Assenza mit-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur — Proċedura ġdida għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli — Artikolu 27 — Rimedju ġudizzjarju — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju”
Fil-Kawża C‑155/15,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen (qorti amministrattiva ta’ appell ta’ Stokkolma, bħala qorti li tiddeċiedi kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni, l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑27 ta’ Marzu 2015, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-1 ta’ April 2015, fil-proċedura
George Karim
vs
Migrationsverket,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, viċi-President, R. Silva de Lapuerta, L. Bay Larsen (Relatur), J. L. da Cruz Vilaça, A. Arabadjiev, C. Toader, D. Šváby u F. Biltgen, Presidenti ta’ Awla, J.‑C. Bonichot, M. Safjan, E. Jarašiūnas, C. G. Fernlund, C. Vajda u S. Rodin, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-15 ta’ Diċembru 2015,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal G. Karim, minn I. Aydin, advokat, u minn C. Hjorth, jur. kand., |
— |
għall-Migrationsverket, minn H. Hedebris u M. Bergdahl, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, C. Meyer‑Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Elleniku, minn M. Michelogiannaki, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Franċiż, minn F. X. Bréchot u D. Colas, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u B. Koopman, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Svizzeru, minn C Bichet, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou‑Durande u C. Tufvesson kif ukoll minn K. Simonsson, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑17 ta’ Marzu 2016,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 19 u 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013 L 180, p. 31). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn George Karim, ċittadin Sirjan, u l-Migrationsverket (bord għall-immigrazzjoni, l-Isvezja, iktar ’il quddiem il-“Bord”), fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li jiċħad l-applikazzjoni għal permess ta’ residenza li G. Karim kien ressaq u li huwa jiġi ttrasferit lejn is-Slovenja. |
Il-kuntest ġuridiku
3 |
Il-premessa 19 tar-Regolament Nru 604/2013 tiddikjara: “Sabiex tkun garantita il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-individwi kkonċernati„ għandhom ikun stabbiliti salvagwardji legali u d-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli, f’konformità, b’mod partikolari mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex jiġi żgurat li jiġi rispettat id-dritt internazzjonali, rimedju effettiv kontra tali deċiżjonijiet għandu jkopri kemm l-analiżi tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-eżami tas-sitwazzjoni legali u fattwali fl-Istat Membru li għalih jiġi ttrasferit l-applikant.” |
4 |
L-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “L-Istat Membru responsabbli taħt dan ir-Regolament għandu jkun obbligat: [...]
[...]” |
5 |
L-Artikolu 19(2) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi: “L-obbligi speċifikati fl-Artikolu 18(1) għandhom jieqfu fejn l-Istat Membru responsabbli jista’ jistabbilixxi, fejn mitlub li jieħu ħsieb jew jieħu applikant jew persuna oħra lura [...], li l-persuna kkonċernata tkun ħalliet it-territorju tal-Istati Membri għall-inqas għal tliet xhur, sakemm il-persuna kkonċernata ma tkunx fil-pussess ta’ dokument ta’ residenza validu maħruġ mill-Istat Membru responsabbli. Applikazzjoni ddepożitata wara l-perijodu ta’ assenza msemmi fl-ewwel subparagrafu għandha titqies bħala applikazzjoni ġdida li twassal għal proċedura ġdida biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli.” |
6 |
L-Artikolu 27(1) u (5), tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej: “1. L-applikant [...] għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv, fil-forma ta’ appell jew reviżjoni, fil-fatt u fil-liġi, mid-deċiżjoni tat-trasferiment, quddiem qorti jew tribunal. [...] 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna kkonċernata għandha aċċess għall-assistenza legali u, fejn neċessarju, assistenza lingwistika.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
7 |
G. Karim applika għal protezzjoni internazzjonali fl-Isvezja, fit-3 ta’ Marzu 2014. |
8 |
Ġaladarba tiftixa fis-sistema “Eurodac” weriet li l-parti kkonċernata diġà kienet talbet din il-protezzjoni fis-Slovenja, fl-14 ta’ Mejju 2013, il-Bord, fl-20 ta’ Marzu 2014, talab lill-awtoritajiet Sloveni sabiex jieħdu lura lil G. Karim sabiex jieħdu responsabbiltà tiegħu, abbażi tal-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament Nru 604/2013. |
9 |
L-awtoritajiet Sloveni laqgħu din it-talba għall-finijiet tat-teħid lura sabiex tittieħed responsabbiltà fit-3 ta’ April 2014. Għalhekk il-Bord informa lil dawn l-awtoritajiet li G. Karim kien ħalla t-territorju tal-Istati Membri matul iktar minn tliet xhur wara l-ewwel talba tiegħu ta’ ażil u li l-passaport tiegħu kien juri viża ta’ dħul fil-Libanu, bid-data tal-20 ta’ Lulju 2013. Wara skambju ta’ ittri, l-awtoritajiet Sloveni reġgħu tennew, fit-12 ta’ Mejju 2014, li kienu qed jaċċettaw it-teħid lura sabiex tittieħed responsabbiltà skont kif kien intalab. |
10 |
Fit-13 ta’ Mejju 2014, il-Bord ċaħad it-talba għal titolu ta’ residenza ta’ G. Karim, inkluża l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, għalaq il-każ relatat mad-dikjarazzjoni ta’ status u ddeċieda li jittrasferixxi lill-parti kkonċernata lejn is-Slovenja. |
11 |
G. Karim ikkontesta d-deċiżjoni tal-Bord quddiem il-Förvaltningsrätten i Stockholm (qorti amministrattiva ta’ Stokkolma, l-Isvezja). Din il-qorti ċaħdet ir-rikors tal-parti kkonċernata inkwantu, ladarba Stat Membru jaċċetta li jieħu lura applikant għal ażil sabiex jassumi responsabbiltà tiegħu, dan tal-aħħar jista’ jikkontesta t-trasferiment tiegħu lejn dan l-Istat Membru biss billi jinvoka l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi. |
12 |
G. Karim ikkontesta d-deċiżjoni tal-Förvaltningsrätten i Stockholm (qorti amministrattiva ta’ Stokkolma) quddiem il-qorti tar-rinviju, billi sostna, minn naħa, li r-Repubblika tas-Slovenja ma hijiex l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni tiegħu għal ażil, inkwantu huwa ħalla t-territorju tal-Istati Membri matul iktar minn tliet xhur wara l-ewwel applikazzjoni tiegħu għal ażil u, min-naħa l-oħra, għaliex, għal raġunijiet umanitarji, it-trasferiment tiegħu ma għandux iseħħ u li l-proċedura ta’ ażil adottata fis-Slovenja tippreżenta nuqqasijiet sistemiċi. |
13 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen (qorti amministrattiva ta’ appell ta’ Stokkolma, bħala qorti li tiddeċiedi kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni l-Isvezja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq it-tieni domanda
14 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 604/2013 għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tagħha, hija applikabbli għal ċittadin ta’ pajjiż terz li, wara li ressaq applikazzjoni għal ażil fi Stat Membru, jipproduċi l-prova li huwa ħalla t-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur, qabel ma ressaq talba ġdida għal ażil fi Stat Membru ieħor. |
15 |
F’dan ir-rigward, ċertament, għandu jiġi osservat li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 604/2013 jipprovdi li, bħala prinċipju, l-obbligi ta’ teħid ta’ responsabbiltà u ta’ teħid lura ta’ applikant għal ażil sabiex tittieħed responsabbiltà għalih, li jirriżultaw mill-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-regolament, ma jibqgħux jeżistu jekk l-Istat Membru responsabbli jista’ jistabbilixxi, meta jintalab jieħu lura applikant għal ażil sabiex jassumi responsabbiltà għalih, li huwa ħalla t-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur. |
16 |
Madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) tal-imsemmi regolament jispeċifika li kull applikazzjoni mressqa wara tali perijodu ta’ assenza għandha titqies bħala applikazzjoni ġdida li tagħti lok għal proċedura ġdida għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli. |
17 |
Għalhekk, f’sitwazzjoni li fiha ċittadin ta’ pajjiż terz, wara li jkun ressaq l-ewwel applikazzjoni għal ażil fi Stat Membru, iħalli t-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet snin, qabel ma jressaq applikazzjoni ġdida għal ażil fi Stat Membru ieħor, l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 604/2013 jimponi lill-Istat Membru li fih tkun tressqet l-applikazzjoni l-ġdida għal ażil sabiex iwettaq, abbażi tar-regoli stabbiliti minn dan ir-regolament, il-proċess ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ din it-talba l-ġdida. |
18 |
Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tagħha, hija applikabbli għal ċittadin ta’ pajjiż terz li, wara li jkun ressaq l-ewwel applikazzjoni għal ażil fi Stat Membru, jipproduċi l-prova li huwa ħalla t-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur, qabel ma jressaq applikazzjoni ġdida għal ażil fi Stat Membru ieħor. |
Fuq l-ewwel domanda
19 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan tal-aħħar, għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, applikant għal ażil jistax jinvoka, fil-kuntest ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu, l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ responsabbiltà msemmija fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament. |
20 |
Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-rikorrent fil-kawża prinċipali jinvoka, fil-kuntest tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu, mhux il-ksur ta’ waħda mir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 604/2013, iżda pjuttost il-fatt li r-responsabbiltà tar-Repubblika tas-Slovenja ġiet stabbilita bi ksur tar-regoli speċifiċi, stabbiliti fl-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-regolament, relatati mas-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li, wara li ressaq applikazzjoni għal ażil fi Stat Membru, ħalla t-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur, qabel ma ressaq applikazzjoni ġdida għal ażil fi Stat Membru ieħor. |
21 |
Konsegwentement, bil-għan li tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 27(1) tal-imsemmi regolament, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan tal-aħħar, għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, applikant għal ażil jistax jinvoka, fil-kuntest ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu, il-ksur tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 19(2) tal-istess regolament. |
22 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mill-punti 30 sa 61 tas-sentenza tas‑7 ta’ Ġunju, Ghezelbash (C-63/15), jirriżulta li l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqri fid-dawl tal-premessa 19 tiegħu, jagħti lill-applikant għal ażil rimedju effettiv kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu li tista’, b’mod partikolari, tirrigwarda l-istħarriġ tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u li tista’ għaldaqstant twassal sabiex titqiegħed inkwistjoni r-responsabbiltà ta’ Stat Membru, anki fl-assenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi fil-proċedura ta’ ażil u l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tal-applikanti għal ażil f’dan l-Istat Membru li jagħtu lok għal riskju ta’ trattament inuman jew degradanti fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
23 |
Barra minn hekk, għalkemm l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 604/2013 tistrieħ essenzjalment fuq it-tmexxija ta’ proċess ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli, identifikat abbażi tal-kriterji msemmija fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament (sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2016, Ghezelbash, C‑63/15, punt 41), għandu jiġi enfasizzat li r-regola li tinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-regolament tistabbilixxi l-qafas li fih għandu jseħħ dan il-proċess, meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, wara li jkun ressaq l-ewwel applikazzjoni għal ażil fi Stat Membru, ikun ħalla t-territorju tal-Istati Membri matul mill-inqas tliet xhur, qabel ma jressaq talba ġdida għal ażil fi Stat Membru ieħor. |
24 |
Fil-fatt, hekk kif tfakkar fil-punt 17 ta’ din is-sentenza, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li, f’din is-sitwazzjoni, l-Istat Membru li quddiemu tkun tressqet l-applikazzjoni l-ġdida għal ażil għandu l-obbligu li jwettaq il-proċess ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ din l-applikazzjoni l-ġdida. |
25 |
Dan il-proċess ġdid ta’ determinazzjoni huwa differenti minn dak li twettaq inizjalment mill-Istat Membru li quddiemu tressqet l-ewwel applikazzjoni għal ażil u tista’ twassal għall-identifikazzjoni ta’ Stat Membru responsabbli ġdid, abbażi tal-kriterji msemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 604/2013. |
26 |
Għalhekk, bil-għan li tiżgura ruħha li d-deċiżjoni ta’ trasferiment ikkontestata ġiet adottata wara applikazzjoni korretta tal-proċess ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli previst minn dan ir-regolament, il-qorti adita b’rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment għandha tkun tista’ teżamina l-allegazzjonijiet ta’ applikant għal ażil li qed jinvoka l-ksur tar-regola li tinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) tal-imsemmi regolament. |
27 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan tal-aħħar, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, applikant għal ażil jista’ jinvoka, fil-kuntest ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu, il-ksur tar-regola stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-regolament. |
Fuq l-ispejjeż
28 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.