This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0097
Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 14 July 2016.#Sprengen/Pakweg Douane BV v Staatssecretaris van Financiën.#Reference for a preliminary ruling — Common Customs Tariff — Combined Nomenclature — Headings 8471 and 8521 — Explanatory notes — Agreement on trade in information technology products — ‘Screenplays’.#Case C-97/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016.
Sprengen/Pakweg Douane BV vs Staatssecretaris van Financiën.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 8471 u 8521 — Noti ta’ spjegazzjoni — Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika — ‘Screenplays’.
Kawża C-97/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016.
Sprengen/Pakweg Douane BV vs Staatssecretaris van Financiën.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 8471 u 8521 — Noti ta’ spjegazzjoni — Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika — ‘Screenplays’.
Kawża C-97/15.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2016:556
*A9* Hoge Raad der Nederlanden, 3e kamer, arrest van 06/02/2015 (13/05848)
*P1* Hoge Raad der Nederlanden, 3e kamer, arrest van 18/11/2016 (13/05848bis)
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla)
14 ta’ Lulju 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 8471 u 8521 — Noti ta’ spjegazzjoni — Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika — ‘Screenplays’”
Fil-Kawża C‑97/15,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Frar 2015, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-27 ta’ Frar 2015, fil-proċedura,
Sprengen/Pakweg Douane BV
vs
Staatssecretaris van Financiën,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),
komposta minn C. Lycourgos, President ta’ Awla, C. Vajda (Relatur) u K. Jürimäe, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Bobek,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-18 ta’ Frar 2016,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Sprengen/Pakweg Douane BV, minn H. de Bie, S.S. Mulder u N. van den Broek, avukati, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn M. Noort, M. Bulterman u M. Gijzen, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros, F. Wilman u W. Roels, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-“NM”), li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjonijiet tagħha li suċċessivament jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (ĠU 2006, L 301, p. 1), u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007 (ĠU 2007, L 286, p. 1), u, b’mod iktar partikolari, tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-intestaturi 8471 u 8521 tan-NM. |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Sprengen/Pakweg Douane BV (iktar ’il quddiem “Sprengen”) u s-Staatssecretaris van Financiën (segretarju tal-Istat għall-finanzi) dwar il-klassifikazzjoni fi ħdan in-NM ta’ apparati, imsejħa “screenplays”, li jinkludu diska riġida tal-multimedja u li joffru l-mezzi sabiex jiġu riprodotti direttament fuq televiżjoni jew fuq monitor tal-vidjo, varjetà kbira ta’ fajls tal-multimedja ttrasferiti minn kompjuter, li jvarjaw minn ritratti u mużika sa films. |
Il-kuntest ġuridiku
In-NM kif ukoll is-SA
3 |
Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM. |
4 |
In-NM hija bbażata fuq is-sistema armonizzata ta’ deskrizzjoni u ta’ kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-“SA”), li ġiet elaborata mill-Kunsill ta’ kooperazzjoni doganali, li saret l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (WCO) u stabbilita permezz tal-Konvenzjoni li ħolqot dan il-Kunsill, konkluża fi Brussell fil-15 ta’ Diċembru 1950. Is-SA ġiet stabbilita permezz tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem il-“konvenzjoni dwar is-SA”), konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983, u approvata, bil-Protokoll ta’ emenda tagħha tal-24 ta’ Ġunju 1986, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-7 ta’ April 1987 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt ċifri tas-SA, u huma biss is-seba’ u t-tmien figuri li joħolqu sottodiviżjonijiet li huma speċifiċi għaliha. |
5 |
L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2658/87 jipprevedi li l-Kummissjoni Ewropea tadotta kull sena regolament li jinkludi l-verżjoni sħiħa tan-NM u tar-rati awtonomi u konvenzjonali tad-dazji tat-tariffa doganali komuni marbuta magħha, kif tirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar tas-sena sussegwenti. |
6 |
Mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-verżjonijiet tan-NM applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali huma dawk marbuta mas-snin 2007 u 2008, naxxenti, rispettivament, mir-Regolamenti Nru 1549/2006 u 1214/2007. Fil-verżjonijiet naxxenti minn dawn ir-regolamenti, il-kliem tar-regoli ġenerali u l-intestaturi tariffarji tal-Kapitolu 84 u 85 tan-NM kif ukoll in-noti tal-imsemmija kapitoli rilevanti għad-domandi preliminari huma redatti b’mod identiku. |
7 |
It-tieni parti tan-NM tinkludi t-taqsima XVI, intitolata “Makkinarju u għodod mekkaniċi; apparat elettriku; bċejjeċ tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu l-ħoss; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu stampa u ħoss televiżivi u bċejjeċ u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti”. |
8 |
In-noti 3 u 5 tat-Taqsima XVI tan-NM huma redatti kif ġej:
[...]
|
9 |
It-taqsima XVI tan-NM tinkludi l-kapitolu 84, intitolat “reatturi nukleari, kaldaruni (boilers), makkinarju u għodod mekkaniċi; bċejjeċ tagħhom”. |
10 |
In-Nota 5 ta’ dan il-Kapitolu 84 hija redatta kif ġej: “[...]
|
11 |
L-intestatura 8471 tan-NM u s-subintestatura 8471 70 50 ta’ din tal-aħħar huma redatti kif ġej:
[...]
[...] 8471 70 50 – – – – – Apparati (drives) għal diska riġida [...]” |
12 |
It-taqsima XVI tan-NM tinkludi wkoll il-kapitolu 85, intitolat “makkinarju u tagħmir elettriku u bċejjeċ tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u bċejjeċ u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti”. |
13 |
L-intestatura 8521 tan-NM u s-subintestatura 8521 90 00 ta’ din tal-aħħar huma redatti kif ġej:
[...] 8521 90 00 ‐ Oħrajn” |
In-Noti ta ’ spjegazzjoni tas-SA
14 |
Id-WCO għandha tapprova, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, in-noti ta’ spjegazzjoni u l-avviżi ta’ klassifikazzjoni adottati mill-kumitat tas-SA, li l-organizzazzjoni tiegħu hija rregolata mill-Artikolu 6 ta’ din tal-aħħar. Skont l-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, il-funzjonijiet ta’ dan il-kumitat jinkludu li jipproponi emendi għaliha u li jipprepara noti ta’ spjegazzjoni, opinjonijiet dwar il-klassifikazzjoni kif ukoll opinjonijiet oħra dwar l-interpretazzjoni tas-SA. |
15 |
Skont l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kull parti kontraenti timpenja ruħha li n-nomenklaturi tariffarji u statistiċi tagħha jkunu konformi mas-SA, li tuża l-intestaturi u s-subintestaturi tagħha, mingħajr żieda u mingħajr emenda, kif ukoll il-kodiċi marbuta magħhom, u li ssegwi l-ordni numerika tal-imsemmija sistema. Kull parti kontraenti timpenja ruħha wkoll li tapplika r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll in-noti kollha tat-taqsimiet, tal-kapitoli u tas-subintestaturi tas-SA u li ma temendax il-portata ta’ dawn tal-aħħar. |
16 |
Fil-verżjoni tagħhom adottati matul is-sena 2007, in-noti ta’ spjegazzjoni tas-SA dwar l-intestatura 8521 ġew redatti kif ġej: “A.‑ APPARAT LI JIRREKORDJA U APPARAT IKKOMBINAT LI JIRREKORDJA U LI JIRRIPODUĊI VIDJO Dawn l-apparati, meta jiġu konnessi ma’ kamera tat-televiżjoni jew ma’ riċevitur tat-televiżjoni, jirreġistraw sinjali elettriċi fuq unità ta’ ħażna (sinjali analoġiċi) jew sinjali analoġiċi pproċessati f’kodiċi diġitali (jew inkella kombinazzjoni ta’ dawn is-sinjali) li jikkorrispondu mal-istampi u ma’ dak li jinqabad mill-kamera tat-televiżjoni jew riċevut mir-riċevitur. Ġeneralment, l-istampi u l-ħoss huma rreġistrati fuq l-istess unità ta’ ħażna. Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir skont proċessi manjetiċi jew optiċi u ġeneralment l-unitajiet ta’ ħażna użati għar-reġistrazzjoni jkunu diski jew kasetts. Din l-intestatura tinkludi wkoll l-apparati li jirreġistraw, ta’ spiss fuq disk manjetiku, kodiċi diġitali li jirrappreżenta stampi u ħoss, billi jittrasferixxu l-kodiċi diġitali minn makkinarju awtomatiku ta’ pproċessar tad-data (reġistratur tal-vidjo diġitali, pereżempju). F’reġistrazzjoni manjetika fuq kasett, l-istampi u l-ħoss huma rreġistrati fuq pisti differenti minkejja li f’reġistrazzjoni manjetika fuq disk, din l-istess data hija rreġistrata bħala ħafna kodiċijiet jew punti manjetiċi fuq l-ispirali li tkopri d-disk. F’reġistrazzjoni ottika, id-data diġitali li tirrappreżenta x-xbihat u l-ħoss hija kkodifikata minn lejżer fuq disk. L-apparati għar-reġistrazzjoni bil-vidjo li jirċievu sinjali minn riċevitur tat-televiżjoni jinkorporaw ukoll sistema ta’ aġġustament li tippermetti li jintgħażel is-sinjal intiż (jew il-kanal) fost il-medda ta’ frekwenzi tas-sinjali trażmessi mill-istazzjon ta’ trażmissjoni tat-televiżjoni. Meta huma użati għar-riproduzzjoni, dawn l-apparati jipproċessaw ir-reġistrazzjoni f’sinjal vidjofoniku. Dan is-sinjal huwa trażmess jew lil stazzjon li jittrażmetti, jew lil riċevitur tat-televiżjoni. B.‑ APPARATI TA’ RIPRODUZZJONI Dawn l-apparati huma maħsuba unikament sabiex jirriproduċu direttament l-istampi u l-ħoss fuq ir-riċevitur tat-televiżjoni. Il-mezzi użati f’dawn l-apparati huma rreġistrati minn qabel b’mod mekkaniku, manjetiku jew ottiku permezz ta’ materjal ta’ reġistrazzjoni speċjali. Dawn jinkludu: L-apparati mgħammra b’diski li fuqhom tiġi rreġistrata d-data fil-forma ta’ stampi jew ħoss fuq id-disk permezz ta’ diversi metodi u moqrija minn sistema ta’ qari ottiku bil-laser, sensor tal-kapaċità, sensor jew ċellola manjetika. Bla ħsara għan-Nota 3 tat-Taqsima XVI, l-apparati li jistgħu jirriproduċu kemm reġistrazzjonijiet vidjo u awdjo għandhom jiġu kklassifikati taħt in l-intestatura. L-apparati li jiddekodjaw u jikkonvertu f’sinjal tal-vidjo d-data marbuta mal-istampa rreġistrata fuq film fotosensibbli (il-ħoss huwa rreġistrat b’mod manjetiku fuq l-istess film).” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Il-ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika
17 |
Il-Ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika, li huwa kkostitwit mid-dikjarazzjoni ministerjali dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika adottata fit-13 ta’ Diċembru 1996 matul l-ewwel konferenza tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) f’Singapur, mill-annessi u mill-appendiċi tagħha (iktar ’il quddiem l-“FTI”), kif ukoll il-komunikazzjoni dwar l-implementazzjoni tagħha, ġew approvati, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/359/KE, tal-24 ta’ Marzu 1997, li tirrigwarda l-eliminazzjoni ta’ dazji minn fuq prodotti teknoloġiċi tal-informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 3). Il-FTI jispeċifika, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-amministrazzjoni kummerċjali ta’ kull parti għandha tevolvi b’mod li żżid l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq fil-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika. |
18 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2559/2000, tas-16 ta’ Novembru 2000, li jemenda l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 (ĠU L 293, p. 1), ġie adottat bl-intenzjoni li jiġi applikat l-FTI, kif jirriżulta mill-premessi 2 u 3 ta’ dan ir-regolament. |
19 |
L-appendiċi A u B tal-Anness tal-FTI huma redatti kif ġej: “Appendiċi A, taqsima 1 [...]
[...]
[...] Appendiċi B Lista pożittiva ta’ prodotti speċifiċi li għandhom ikunu koperti minn dan il-ftehim, jew li jiġu kklassifikati fis-SA. [...] Unitajiet ta’ memorja ta’ format speċifiku, inklużi mezzi ta’ data għall-magni tal-ipproċessar awtomatiku tad-data, bi jew mingħajr mezzi li jistgħu jitneħħew, tat-tip manjetiku, ottiku jew ta’ tip ieħor, inklużi l-unitajiet ta’ cartridge disk Bernoulli Box, Syquest jew Zipdrive. [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
20 |
Fl-2007 u fl-2008, Sprengen f’isimha propju u għall-interessi tagħha, ippreżentat dikjarazzjonijiet favur il-kuntrattur Iomega International SA bil-ħsieb taċ-ċirkulazzjoni ta’ apparati msejħa “screenplays”. |
21 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-iscreenplays huma apparati li jippermettu l-ħażna fihom ta’ fajls tal-multimedja u r-riproduzzjoni tagħhom fuq it-televiżjoni jew fuq monitor tal-vidjo. |
22 |
Għal dan l-għan, l-iscreenplays jinkludu diska riġida, li fuqha jistgħu jiġu maħżuna, mill-kompjuter personali, fajls tal-vidjo, tal-mużika jew anki ritratti fil-formati differenti disponibbli. Il-konnessjoni tal-kompjuter personali ssir permezz tal-firewire jew ta’ USB inkorporati fl-iscreenplays. |
23 |
Dawn l-apparati jistgħu sussegwentement jiġu skonnessi mill-kompjuter u konnessi permezz ta’ kejbil mat-televiżjoni jew ma’ monitor tal-vidjo sabiex fuqu jiġu riprodotti l-imsemmija vidjos, mużika jew ritratti. Permezz tat-tagħmir u tas-software preżenti fl-iscreenplays, il-fajls tal-multimedja (numeriċi) maħżuna fid-diska riġida tagħhom jiġi ddekowdjati u kkonvertiti f’sinjal (analogu) pal/ntsc, li jista’ jintwera fuq tali televiżjoni jew tali monitor tal-vidjo. |
24 |
L-istruzzjonijiet tal-użu pprovduti mal-iscreenplays jindikaw kif ġej: “Permezz tal-media player Iomega Screenplay, inti tista’ tirriproduċi fuq il-televiżjoni tiegħek il-fajls favoriti tiegħek tal-multimedja mill-kompjuter tiegħek. Tista’ sempliċement tikkopja films, ritratti u mużika minn kompjuter personali jew minn kompjuter Mac fuq il-player tal-iscreenplay Pro permezz tal-USB jew tal-FireWire. Sussegwentement, tista’ tirriproduċi l-films, is-slideshows tar-ritratti u l-mużika tiegħek fuq kull set tat-televiżjoni.” |
25 |
L-iscreenplays ġew iddikjarati minn Sprengen taħt l-intestatura 8471 70 50 tan-NM, bħala “unitajiet ta’ diski għal ħażna”, li huma suġġetti għal dazju ta’ 0 %. |
26 |
L-awtoritajiet Olandiżi, wara eżami, ikkunsidraw li l-iscreenplays kellhom jiġu kklassifikati bħala “Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjo” taħt l-intestatura 8521 90 00 tan-NM, li hija suġġetta għal dazju ta’ 13.9 %. F’dan il-kuntest, ġew stabbiliti u mibgħuta ordnijiet għal ħlas lil Sprengen. |
27 |
Sprengen ressqet ilment kontra din l-ordni. Wara li dan l-ilment ġie miċħud, hija ppreżentat rikors kontra l-imsemmija ordnijiet quddiem ir-rechtbank Haarlem (qorti ta’ Haarlem, Il-Pajjiżi l-Baxxi), li ġie miċħud fit-22 ta’ Diċembru 2011. Għaldaqstant Sprengen appellat minn din is-sentenza quddiem il-Gerechtshof Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam, Il-Pajjiżi l-Baxxi), liema appell ukoll ġie miċħud, permezz ta’ sentenza tal-24 ta’ Ottubru 2013, peress li l-iscreenplays kellhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 8521 tan-NM. |
28 |
Sprengen ippreżentat kawża ta’ kassazzjoni kontra s-sentenza tal-appell quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi). Quddiem din l-aħħar imsemmija qorti, Sprengen sostniet, fl-ewwel lok, li l-qorti tal-appell interpretat il-portata tal-intestatura 8521 tan-NM u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ “Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjo”, fis-sens ta’ din l-intestatura, b’mod wisq estensiv u li din l-interpretazzjoni tmur kontra s-SA kif ukoll in-NM. Fit-tieni lok, anki fl-ipoteżi li l-iscreenplays setgħu jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 8521 tan-NM, Sprengen kkunsidrat li l-qorti tal-appell interpretat b’mod żbaljat in-nota 3 tat-taqsima XVI tan-NM, li skontha l-magni maħsuba sabiex jiżguraw żewġ funzjonijiet differenti jew iktar, alternattivi jew komplementari, għandhom jiġu kklassifikati skont il-funzjoni prinċipali li tikkaratterizza l-assjem. Fl-aħħar lok, Sprengen sostniet li l-Gerechtshof Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam) iddeċidiet b’mod żbaljat li l-iscreenplays ma kinux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FTI u li hija ma setgħetx tipprevalixxi ruħha b’suċċess minn dan il-ftehim fir-rigward tal-applikazzjoni tat-tariffa doganali. |
29 |
Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
30 |
Permezz tad-domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li apparati, bħall-iscreenplays inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom il-funzjoni, minn naħa, ta’ ħażna ta’ fajls tal-multimedja, u min-naħa l-oħra, ta’ riproduzzjoni tagħhom fuq televiżjoni jew fuq monitor tal-vidjo, jaqgħux taħt l-intestatura 8471 70 50 tan-NM jew taħt l-intestatura 8521 ta’ din in-nomenklatura. |
31 |
Bil-għan li tingħata risposta għad-domandi magħmula, għandu, minn naħa, jiġi enfasizzat li r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM jipprevedu li l‑klassifikazzjoni tal-merkanziji għandha tiġi ddeterminata skont it-termini tal-intestaturi u tan-noti tat-taqsimiet u l-kapitoli, filwaqt li l-kliem tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-sub-kapitoli jitqies li għandu biss valur indikattiv (ara s-sentenzi tat-12 ta’ Ġunju 2014, Lukoyl Neftohim Burgas, C‑330/13, EU:C:2014:1757, punt 33, u Baby Dan, C-272/14, EU:C:2015:388, punt 25). |
32 |
Minn naħa, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-isħarriġ, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jiġi identifikat, b’mod ġenerali, mill-karatteristiċi u mill-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u min-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-16 ta’ Frar 2006, Proxxon, C-500/04, EU:C:2006:111, punt 21, kif ukoll Vario Tek, C-178/14, EU:C:2015:152, punt 21 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
33 |
F’dan ir-rigward, mill-istess formulazzjoni tal-intestatura 8471 li taħtha taqa’ is-subintestatura 8471 70 50 u tal-intestatura 8521 tan-NM kif ukoll tan-noti ta’ spjegazzjoni marbuta mal-funzjoni tal-merkanzija kkonċernata hija determinanti għall-klassifikazzjoni ta’ din tal-aħħar f’waħda minn dawn l-intestaturi. |
34 |
Fil-fatt, l-imsemmija intestaturi jiddeskrivu b’mod speċifiku l-funzjoni li tissodisfa l-merkanzija li jkopru. B’hekk, l-intestatura 8471 tan-NM tikkonċerna, b’mod partikolari, “Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet tagħhom”. L-intestatura 8521 tan-NM, min-naħa tagħha, tikkonċerna “Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjo, li fih jew ma fihx tuner tal-vidjo”. |
35 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-apparati inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom funzjonijiet li, kkunsidrati waħdihom, jippermettu li dawn jiġu kklassifikati taħt iż-żewġ intestaturi msemmija fil-punt 30 ta’ din is-sentenza. Dawn l-apparati għandhom b’mod partikolari l-funzjoni minn naħa, ta’ ħażna ta’ fajls tal-multimedja, u min-naħa l-oħra, ta’ riproduzzjoni tagħhom fuq televiżjoni jew fuq monitor tal-vidjo. |
36 |
Mill-imsemmija deċiżjoni jirriżulta wkoll li l-funzjoni prinċipali tal-imsemmija apparati tikkonsisti fir-riproduzzjoni vidjofonika. |
37 |
Issa, fl-ewwel lok, jeħtieġ li jiġi rrilevat li n-nota 3 tat-Taqsima XVI tan-NM, li tinkludi l-kapitoli 84 u 85 ta’ din in-nomenklatura, tindika li, bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji, il-kombinazzjonijiet ta’ magni differenti ta’ dan it-tip maħsuba sabiex jiffunzjonaw flimkien u li jikkostitwixxu oġġett wieħed, kif ukoll il-magni maħsuba sabiex jaqdu żewġ funzjonijiet differenti jew iktar, alternattivi jew komplementari, għandhom jiġu kklassifikati skont il-funzjoni prinċipali li tikkaratterizza l-assjem. |
38 |
Isegwi li, fid-dawl tal-funzjoni prinċipali tagħhom, l-apparati, bħall-iscreenplays inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom, fil-prinċipju, jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 8521 tan-NM, li tikkonċerna b’mod speċifiku l-apparati ta’ riproduzzjoni vidjofonika. |
39 |
Tali konstatazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argument ta’ Sprengen li tali klassifikazzjoni hija eskluża, minħabba n-nota ta’ spjegazzjoni marbuta mal-intestatura 8521 tas-SA. F’dan il-kuntest, Sprengen issostni li, skont l-imsemmija nota, huma biss dawk l-apparati li huma maħsuba “unikament” sabiex jirriproduċu direttament l-istampi u l-ħoss fuq riċevitur tat-televiżjoni li għandhom jaqgħu taħt din l-intestatura. Issa, skont Sprengen, anki jekk jiġi preżunt li l-iscreenplays kellhom tali funzjoni ta’ riproduzzjoni, din ma kinitx, fi kwalunkwe każ, l-“unika” funzjoni ta’ dawn l-apparati. |
40 |
F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita, in-noti ta’ spjegazzjoni tas-SA jikkontribwixxu b’mod qawwi għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi tariffarji differenti mingħajr, madankollu, ma huma legalment vinkolanti. Il-kontenut tal-imsemmija noti għandu, għaldaqstant, ikun konformi mal-intestaturi tan-NM u ma jistax ibiddlu l-portata (sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Duval, C‑44/15, EU:C:2015:783, punt 24). |
41 |
B’hekk, il-fatt li t-Taqsima B tan-nota ta’ spjegazzjoni marbuta mal-intestatura 8521 tas-SA tistabbilixxi li l-apparati msemmija minn dik l-intestatura huma maħsuba “unikament” sabiex jirriproduċu direttament l-istampi u l-ħoss fuq riċevitur tat-televiżjoni ma tostakolax il-konstatazzjoni li tinsab fil-punt 38 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, l-użu tat-terminu “unikament” ma huwiex ta’ natura li jeskludi kull apparat li jkollu wkoll funzjonijiet oħra minbarra l-funzjoni ta’ riproduzzjoni vidjofonika, iżda li huwa ddestinat li jiddifferenzja bejn dawn l-apparati u dawk, imsejħa “apparat ikkombinat li jirrekordja u li jirriproduċi l-vidjo”, imsemmi fit-taqsima A ta’ din in-nota ta’ spjegazzjoni. |
42 |
Tali interpretazzjoni hija, fit-tieni lok, ikkonfermata min-nota 5 tal-Kapitolu 84 tan-NM, li tinkludi s-subintestatura 8471 70 50 tan-NM. In-nota 5 C ta’ dan il-kapitolu tinkludi dispożizzjonijiet li japplikaw b’riżerva għal dawk tan-noti 5 D u 5 E tal-istess kapitolu. Skont in-nota 5 E tal-kapitolu 84 tan-NM “[il-magni] li jinkorporaw jew li jaħdmu flimkien ma’ magna awtomatika għal ipproċessar ta’ data u li jwettqu funzjoni speċifika barra l-ipproċessar ta’ data għandhom ikunu kklassifikati fit-titli xierqa għall-funzjonijiet rispettivi tagħhom jew, f’nuqqas ta’ dan, fit-titli li jibqa”. |
43 |
Mill-kliem tal-imsemmija nota 5 E jirriżulta li “funzjoni speċifika” li din tuża tagħmel riferiment għal funzjoni “minbarra dik tal-ipproċessar tad-data” (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2008, Kip Europe et, C‑362/07 u C‑363/07, EU:C:2008:710, punt 32). |
44 |
Barra minn hekk, mill-istruttura ġenerali u mill-finalità ta’ din in-nota jirriżulta li l-kliem “għandhom ikunu kklassifikati fit-titli xierqa għall-funzjonijiet rispettivi tagħhom”, li jinsab fiha, huwa maħsub li jipprekludi li apparati li l-funzjoni tagħhom ikun estranju għall-ipproċessar tad-data jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 8471 tan-NM għas-sempliċi raġuni li jinkludu fihom magna awtomatika ta’ ipproċessar tad-data jew jaħdmu flimkien ma’ tali magna (sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2008, Kip Europe et, C‑362/07 u C‑363/07, EU:C:2008:710, punt 33). |
45 |
Jeħtieġ li jiġi kkonstatat, kif sostnew il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-apparati inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom funzjoni speċifika, fis-sens ta’ din l-intestatura, li tikkonsisti fir-riproduzzjoni ta’ stampi u ta’ ħsejjes fuq skrijns tat-televiżjoni. Din il-funzjoni ma tistax, fil-fatt, titqies li hija funzjoni ta’ ipproċessar tad-data fis-sens tal-intestatura 8471 tan-NM. |
46 |
Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-qorti tar-rinviju, il-fatt li apparat jaqdi żewġ funzjonijiet, bħall-apparati inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jinċidix fuq l-applikabbiltà tan-nota 5 E tal-Kapitolu 84 tan-NM. Fil-fatt, din in-nota tippreżumi neċessarjament li l-apparat ikkonċernat jista’ jaqdi diversi funzjonijiet. |
47 |
Għaldaqstant, skont in-nota 5 E tal-Kapitolu 84 tan-NM, l-apparati inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqgħux taħt l-intestatura 8471 tan-NM u, b’mod iktar partikolari, taħt is-subintestatura 8471 70 50 ta’ din in-nomenklatura. |
48 |
Fit-tielet lok, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk din l-interpretazzjoni tan-NM hijiex ikkontestata mid-dispożizzjonijiet tal-FTI li tagħmel riferiment għalih il-qorti tar-rinviju. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, anki jekk id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bħalma huwa l-FTI ma humiex ta’ natura li joħolqu għall-individwi drittijiet li dawn jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qorti bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, meta fil-qasam ikkonċernat ikun hemm leġiżlazzjoni tal-Unjoni, is-supremazija tal-ftehim internazzjonali konklużi mill-Unjoni fuq it-testi tad-dritt derivat teżiġi li dawn tal-aħħar jiġu interpretati, sa fejn ikun possibbli, konformement ma’ dawn il-ftehimiet (sentenza tat-22 ta’ Novembru 2012, Digitalnet et, C‑320/11, C‑330/11, C‑382/11 u C‑383/11, EU:C:2012:745, punt 39 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
49 |
Skont Sprengen, l-apparati inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu kemm taħt l-Appendiċi A, bħala “unitajiet ta’ memorja”, kif ukoll taħt l-Appendiċi B, bħala “unitajiet ta’ memorja b’format speċifiku”, tal-Anness tal-FTI. |
50 |
Dan l-Appendiċi A jinkludi riferiment għas-subintestatura 8471 70 tas-SA, li tikkorrispondi għas-subintestatura 8471 70 tan-NM. Issa, kif jirriżulta mill-punt 47 ta’ din is-sentenza, dawn l-apparati ma jistgħux jiġu kklassifikati taħt din is-subintestatura tan-NM. Għaldaqstant, l-imsemmi Appendiċi ma huwiex rilevanti għall-kawża prinċipali. |
51 |
L-Appendiċi B tal-Anness tal-FTI, li jinkludi lista ta’ prodotti speċifiċi koperti mill-FTI, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom fis-SA, jagħmel riferiment għal “unitajiet ta’ memorja ta’ format speċifiku”. Kif sostniet il-Kummissjoni waqt is-seduta, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-apparati inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħux taħt dan il-kunċett, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-funzjoni prinċipali u l-karatteristiċi oġġettivi tagħhom. Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-funzjoni prinċipali ta’ dan l-apparat hija r-riproduzzjoni vidjofonika u mhux il-funzjoni ta’ ħażna tad-data. Għaldaqstant, l-imsemmija apparati ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “unitajiet ta’ memorja ta’ format speċifiku” li jagħmel riferiment għalih l-Appendiċi B. |
52 |
Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-Appendiċi A u B tal-Anness tal-FTI ma humiex rilevanti għall-kawża prinċipali. |
53 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, jeħtieġ li tingħata risposta għad-domandi magħmula li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li apparati, bħall-iscreenplays inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom il-funzjoni minn naħa, ta’ ħażna ta’ fajls tal-multimedja, u min-naħa l-oħra, ta’ riproduzzjoni tagħhom fuq televiżjoni jew fuq monitor tal-vidjo, jaqgħu taħt l-intestatura 8521 ta’ din in-nomenklatura. |
Fuq l-ispejjeż
54 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li suċċessivament jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li apparati, bħall-iscreenplays inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom il-funzjoni minn naħa, ta’ ħażna ta’ fajls tal-multimedja, u min-naħa l-oħra, ta’ riproduzzjoni tagħhom fuq televiżjoni jew fuq monitor tal-vidjo, jaqgħu taħt l-intestatura 8521 ta’ din in-nomenklatura. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.