Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0457

    Kawża C-457/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Vattenfall Europe Generation AG vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Mument tat-tnissil tal-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti — Artikolu 3 — Anness I — Kunċett ta’ “installazzjoni” — Attività ta’ kombustjoni ta’ kombustibbli fl-installazzjonijiet b’input termiku totali ta’ kombustjoni li jaqbeż l-20 MW)

    ĠU C 350, 26.9.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 350/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Vattenfall Europe Generation AG vs Bundesrepublik Deutschland

    (Kawża C-457/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Mument tat-tnissil tal-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti - Artikolu 3 - Anness I - Kunċett ta’ “installazzjoni” - Attività ta’ kombustjoni ta’ kombustibbli fl-installazzjonijiet b’input termiku totali ta’ kombustjoni li jaqbeż l-20 MW))

    (2016/C 350/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vattenfall Europe Generation AG

    Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

    Dispożittiv

    L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li jinkludi l-“[k]ombustjoni ta’ karburanti f’istallazzjonijiet b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW” fil-lista ta’ kategoriji ta’ attività li għalihom tapplika din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ installazzjoni intiża għall-produzzjoni tal-elettriku jitnissel mill-ewwel emissjoni ta’ gassijiet serra, u għalhekk possibbilment qabel l-istess bidu tal-ewwel produzzjoni ta’ elettriku.


    (1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


    Top