This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0148
Case C-148/15: Judgment of the Court (First Chamber) of 19 October 2016 (request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Düsseldorf — Germany) — Deutsche Parkinson Vereinigung eV v Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV (Reference for a preliminary ruling — Articles 34 TFEU and 36 TFEU — Free movement of goods — National legislation — Prescription-only medicinal products for human use — Sale by pharmacies — Setting of fixed prices — Quantitative restriction on imports — Measure having equivalent effect — Justification — Protection of the health and life of humans)
Kawża C-184/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Deutsche Parkinson Vereinigung eV vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 34 u 36 TFUE — Moviment liberu tal-merkanzija — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika — Bejgħ mill-ispiżeriji — Iffissar ta’ prezzijiet uniformi — Restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni — Miżura li għandha effett ekwivalenti — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem)

ĠU C 475, 19.12.2016, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 475/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Deutsche Parkinson Vereinigung eV vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
(Kawża C-184/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika - Bejgħ mill-ispiżeriji - Iffissar ta’ prezzijiet uniformi - Restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni - Miżura li għandha effett ekwivalenti - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem))
(2016/C 475/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Parkinson Vereinigung eV
Konvenuta: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu u għaldaqstant li din il-leġiżlazzjoni taffettwa l-iktar il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika minn spiżeriji stabbiliti fi Stati Membri oħra milli l-bejgħ ta’ dawn il-prodotti mediċinali minn spiżeriji stabbiliti fit-territorju nazzjonali. |
2) |
L-Artikolu 36 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, ma tistax tiġi ġġustifikata għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem fis-sens ta’ dan l-artikolu, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma hijiex adegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa. |