Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0144

    Kawża C-144/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs Customs Support Holland BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 2304, 2308 u 2309 — Klassifikazzjoni ta’ konċentrat tal-proteina tas-soja)

    ĠU C 156, 2.5.2016, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs Customs Support Holland BV

    (Kawża C-144/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 2304, 2308 u 2309 - Klassifikazzjoni ta’ konċentrat tal-proteina tas-soja))

    (2016/C 156/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

    Konvenuta: Customs Support Holland BV

    Dispożittiv

    In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009, tat-30 ta’ Settembru 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li konċentrat tal-proteina tas-soja, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqa’ taħt l-intestatura 2309 ta’ din in-nomenklatura.


    (1)  ĠU C 198, 15.06.2015.


    Top