Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0002

Kawża C-2/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – DHL Express (Austria) GmbH vs Post-Control-Kommission, Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 97/67/KE — Artikolu 9 — Servizzi postali fl-Unjoni Ewropea — Obbligu ta’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-funzjonament tal-awtorità regolatorja tas-settur postali — Portata)

Information about publishing Official Journal not found, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – DHL Express (Austria) GmbH vs Post-Control-Kommission, Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie

(Kawża C-2/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/67/KE - Artikolu 9 - Servizzi postali fl-Unjoni Ewropea - Obbligu ta’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-funzjonament tal-awtorità regolatorja tas-settur postali - Portata))

(2017/C 014/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Express (Austria) GmbH

Konvenuti: Post-Control-Kommission, Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie

Dispożittiv

Ir-raba’ inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-fornituri kollha tas-settur postali, inkluż fuq dawk li ma jipprovdux servizzi postali li jaqgħu taħt is-servizz universali, l-obbligu li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-awtorità regolatorja responsabbli għal dan is-settur.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


Top