Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0776

    Kawża T-776/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Novembru 2014 – Red Lemon vs UASI – Lidl Stiftung (ABTRONICX2)

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/55


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 – Red Lemon vs UASI – Lidl Stiftung (ABTRONICX2)

    (Kawża T-776/14)

    (2015/C 046/71)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Red Lemon Inc. (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Wieland u S. Müller, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata: trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “ABTRONICX2” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 534 943

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Settembru 2014 fi-Każ R 2078/2013-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrinvija l-oppożizzjoni;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top