Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0751

    Kawża T-751/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Novembru 2014 – Hikari Miso vs UASI – Nishimoto Trading (Hikari)

    ĠU C 7, 12.1.2015, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/44


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2014 – Hikari Miso vs UASI – Nishimoto Trading (Hikari)

    (Kawża T-751/14)

    (2015/C 007/50)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hikari Miso Co. Ltd (Suwa-gun, il-Ġappun) (rappreżentant: D. McFarland, Barrister)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nishimoto Trading Co. Ltd (Santa Fe Springs, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark ikkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 5 69  501

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2014, fil-Każ R 2394/2013-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell hija bbażata fuq żbalji ta’ liġi u/jew ta’ fatt;

    Ir-Raba’ Bord tal-Appell eċċeda s-setgħat u l-funzjoni tiegħu, billi aċċetta bħala fatti pprovati sottmissjonijiet li kienu jammontaw biss għal suppożizzjonijiet u ipoteżi, li fir-rigward tagħhom ebda prova ma kienet ġiet prodotta.


    Top