This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0450
Case T-450/14: Action brought on 17 June 2014 — Sumitomo Electric Industries and J-Power Systems v Commission
Kawża T-450/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Ġunju 2014 – Sumitomo Electric Industries u J-Power Systems vs Il-Kummissjoni
Kawża T-450/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Ġunju 2014 – Sumitomo Electric Industries u J-Power Systems vs Il-Kummissjoni
ĠU C 303, 8.9.2014, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/40 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Sumitomo Electric Industries u J-Power Systems vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-450/14)
2014/C 303/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sumitomo Electric Industries Ltd (Osaka, il-Ġappun) u J-Power Systems Corp. (Tokjo) (rappreżentanti: M. Hansen, L. Crocco, J. Ruiz Calzado u S. Völcker, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni sa fejn din iżżomm lir-rikorrenti responsabbli għal ksur uniku, kumpless u kontinwu, inkluż l-akkordju bejn produtturi Ewropej u dak bejn membri regolari u assoċjati, jew, sussidjarjament, tnaqqas il-multa kunsiderevolment; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(8)(a) sa (c) tad-deċiżjoni sa fejn din iżżomm lir-rikorrenti responsabbli għall-ksur matul il-perijodu bejn is-26 ta’ Lulju 2006 u l-10 ta’ April 2008; |
— |
b’mod iktar sussidjarju, tannulla l-Artikolu 2(m) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, fid-dawl tal-parteċipazzjoni sostanzjalment ridotta tar-rikorrenti matul il-perijodu bejn is-26 ta’ Lulju 2006 u l-10 ta’ April 2008; u |
— |
tannulla d-deċiżjoni fl-intier tagħha minħabba li din hija bbażata b’mod determinanti fuq provi miksuba illegalment fl-uffiċċji ta’ Nexans SA u Nexans France; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ prova mill-Kummissjoni ta’ ksur uniku, kumpless u kontinwu li jikkonsisti fi ftehim bejn produtturi Ażjatiċi u Ewropej li jinkludi fih l-impenn li ma jersqux lejn it-territorji nazzjonali rispettivi tagħhom kif ukoll ftehim ta’ tqassim ta’ proġetti fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) bejn kumpanniji Ewropej. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi mwettqa mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma pprovatx b’mod suffiċjenti fil-liġi l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti matul il-perijodu kollu tal-ksur. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fil-kalkolu tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, għaliex din ma tirriflettix il-gravità tal-ksur, u lanqas il-parteċipazzjoni sostanzjalment ridotta tar-rikorrenti matul il-perijodu twil tal-ksur. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u tad-drittijiet tad-difiża, għaliex id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata b’mod determinanti fuq provi li l-Kummissjoni kisbet illegalment waqt ispezzjonijiet fl-uffiċċji ta’ Nexans. |