This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0418
Case T-418/14: Action brought on 25 May 2014 — Sina Bank v Council
Kawża T-418/14: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Mejju 2014 – Sina Bank vs Il-Kunsill
Kawża T-418/14: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Mejju 2014 – Sina Bank vs Il-Kunsill
ĠU C 282, 25.8.2014, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/40 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2014 – Sina Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-418/14)
2014/C 282/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sina Bank (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill wara r-reviżjoni li tinsab fl-Avviż tal-15 ta’ Marzu 2014 għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU C 77, p.), li tipprovdi li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 ikomplu jaffettwaw lir-rikorrent direttament; |
— |
tannulla l-punt I.B.8 tal-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 sa fejn dan ikompli jaffettwa lir-rikorrent direttament kif previst fl-avviż tal-15 ta’ Marzu 2014; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mir-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kunsill wara r-reviżjoni li tinsab fl-avviż tal-15 ta’ Marzu 2014 kisret ir-rekwiżiti proċedurali li tagħti motivazzjoni xierqa u li tosserva d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li Sina Bank ma huwiex marbut mal-interessi tad-“Daftar” u ma jikkontribwixxix għall-finanzjament tal-hekk imsejħa interessi strateġiċi tal-istat u lanqas għall-programm nukleari tiegħu. Għaldaqstant, il-kriterji sostantivi li jippermettu nomina taħt l-atti kkontestati ma humiex issodisfatti fir-rigward tal-Bank u/jew il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddetermina jekk dawn il-kriterji ġewx issodisfatti jew le. Il-Kunsill lanqas ma applika l-kriterju korrett. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat- 23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).