Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0353

    Kawża T-353/14: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Mejju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 212, 7.7.2014, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 212/43


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-353/14)

    2014/C 212/55

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/276/14 amministraturi (AD 5) għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għal 137 pożizzjoni sabiex jiġu koperti pożizzjonijiet vakanti ta’ amministraturi (AD 5), ippubblikat fIl-Gazzetta Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2014 Nru. C 74 A;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma l-istess bħal-dawk invokati fil-Kawża T-275/13, l-Italja vs Il-Kummissjoni (ĠU 2014, C 74 A, p. 4).


    Top