This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0289
Case T-289/14: Action brought on 2 May 2014 — H-O-T Servicecenter Nürnberg and Others v Commission
Kawża T-289/14: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Mejju 2014 – H-O-T Servicecenter Nürnberg et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-289/14: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Mejju 2014 – H-O-T Servicecenter Nürnberg et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 223, 14.7.2014, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/41 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2014 – H-O-T Servicecenter Nürnberg et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-289/14)
2014/C 223/44
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: H-O-T Servicecenter Nürnberg GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja), H-O-T Servicecenter Schmölln GmbH & Co. KG (Schmölln), H-O-T Servicecenter Allgäu GmbH & Co. KG (Memmingerberg), EB Härtetechnik GmbH & Co. KG (Nürnberg) (rappreżentanti: A. Reuter, C. Arhold, N. Wimmer, F. A. Wesche, K. Kindereit, R. Busch, A. Hohler u T. Woltering, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-Każ dwar Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) – Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa mnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija (ĠU C 37, p. 73, 7 ta’ Frar 2014); |
— |
tordna t-tgħaqqid ta’ din il-kawża mal-kawża mressqa mill-Ġermanja quddiem il-Qorti Ġenerali għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014); |
— |
sussidjarjament: tikkonsulta l-atti tal-imsemmija kawża dwar ir-rikors ippreżentat mill-Ġermanja; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.
1. |
L-ewwel motiv: assenza ta’ vantaġġ
|
2. |
It-tieni motiv: assenza ta’ vantaġġ selettiv
|
3. |
It-tielet motiv: assenza ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi tal-Istat
|
4. |
Ir-raba’ motiv: assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni
|
5. |
Il-ħames motiv: assenza ta’ impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
|
6. |
It-sitt motiv: tneħħija jew limitazzjoni sostanzjali tal-iskema ta’ kumpens speċjali jiksru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti
|
7. |
Is-seba’ motiv: l-iskema ta’ kumpens speċjali hija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2002
|
8. |
It-tmien motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni u eżami preliminari inadegwat
|
9. |
Id-disa’ motiv: ksur tad-dritt għal smigħ xieraq
|
10. |
L-għaxar motiv: motivazzjoni insuffiċjenti
|
(1) Ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2002, innotifikata bin-numru C (2002) 1887 finali (Għajnuna mill-Istat NN 27/2000 – il-Ġermanja).