Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0261

    Kawża T-261/14 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta’ April 2014 minn Robert Walton mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis- 27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża F-32/13, Walton vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 235, 21.7.2014, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 235/25


    Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2014 minn Robert Walton mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża F-32/13, Walton vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-261/14 P)

    2014/C 235/34

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tas-27 ta’ Frar 2014, fil-Kawża F-32/13, Walton vs Il-Kummissjoni;

    tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jeżamina it-tielet motiv invokat fir-rikors promotur u jiddiċiedi fuq iż-żewġ motivi l-oħra skont is-sentenza appellata;

    tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u tal-proċedura tal-ewwel istanza.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

    1.

    L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu u naqas milli jiddiċiedi fuq motiv imqajjem fl-ewwel istanza.

    2.

    It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta klassifikazzjoni legali żbaljata lis-suġġetti u r-raġunijiet tad-deċiżjonijiet u sentenzi msemmija b’paragun mas-suġġett tar-rikors fl-ewwel istanza.

    3.

    It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.

    4.

    Ir-raba’ aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-aspettattivi leġittimi li jiġġeneraw żball skużabbli għall-appellant.


    Top