EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0150

Kawża T-150/14: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Marzu 2014 – Pavlides vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/31


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2014 – Pavlides vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-150/14)

2014/C 159/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Constantinos Pavlides (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tordna lill-konvenuti jikkumpensaw lir-rikorrent skont l-Artikolu 268 TFUE.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent isostni li l-konvenuti ċaħduħ mill-flus iddepożitati fil-kont tiegħu billi taw lok għall-impożizzjoni qabel iż-żmien ta’ għodda tal-ippleġġjar fuq id-depożiti tiegħu fil-bank tiegħu bħala parti mill-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza finanzjarja pprovduta lil Ċipru fis-26 ta’ April 2013 skont l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà tal-2012 kif ġej: a) il-konvenuti “manifestament u serjament ma osservawx il-limiti” fuq is-setgħa tagħhom bħala istituzzjonijiet tal-UE skont l-Artikolu 136(3) TFEU; b) illegalment ċedew il-kontroll effettiv tal-funzjonijiet tagħhom bħala istituzzjonijiet tal-UE; ċ) taw lok għad-dħul qabel iż-żmien ta’ għodda tal-ippleġġjar fuq depożiti mal-Bank ta’ Ċipru u mal-Bank Popolari ta’ Ċipru li kien għadha ma daħlitx fil-liġi tal-UE; d) taw lok għal restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-flus li jipprekludu lid-depożitanti milli jiżbankaw u/jew jittrasferixxu l-fondi tagħhom lejn istituzzjonijiet iktar sikuri; u e) wettqu dan kollu bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ugwaljanza u drittijiet umani.


Top