Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0091

    Kawża T-91/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Frar 2014 – Schniga vs CPVO – Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)

    ĠU C 151, 19.5.2014, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/20


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – Schniga vs CPVO – Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)

    (Kawża T-91/14)

    2014/C 151/27

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Schniga GmbH (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brookfield New Zealand Ltd (Havelock North, in-New Zealand)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2013 tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti fil-Każ A 004/2007;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti: ir-rikorrenti

    Dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti kkonċernat: Gala Schnitzer – dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti Nru UE 18759

    Deċiżjoni tal-Kumitat tas-CPVO: id-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti milqugħ

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: l-appell fondat u d-deċiżjoni kkontestata annullata

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 61(1)(b), 55(4), 59(3) u 62 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94.


    Top