Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0062

    Kawża T-62/14: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Jannar 2014 – BR IP Holder vs UASI – Greyleg Investments (HOKEY POKEY)

    ĠU C 142, 12.5.2014, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/35


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 – BR IP Holder vs UASI – Greyleg Investments (HOKEY POKEY)

    (Kawża T-62/14)

    2014/C 142/46

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: BR IP Holder LLC (Canton, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Traub, avukat, u C. Rohsler, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Greyleg Investments Ltd (Baltonsborough, ir-Renju Unit)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Novembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1091/2012-4;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HOKEY POKEY” għal “ħelu” fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 275 678

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata “HOKEY POKEY” li l-użu tagħha huwa invokat fir-Renju Unit għal “ħelu, jiġifieri ġelat”

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament fuq it-trade mark Komunitarja.


    Top