Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0723

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (Estratti).
    HX vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Adattament tat-talbiet – Żball ta’ evalwazzjoni.
    Kawża T-723/14.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2016:332

    T‑723/1462014TJ0723EU:T:2016:33200011133T

    SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)

    2 ta’ Ġunju 2016 ( *1 )

    “Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Adattament tat-talbiet — Żball ta’ evalwazzjoni”

    Fil-Kawża T‑723/14,

    HX, residenti f’Damas (Sirja), irrappreżentat minn S. Koev, avukat,

    rikorrent,

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn I. Gurov u S. Kyriakopoulou, bħala aġenti,

    konvenut,

    li għandha bħala suġġett rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż li jannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 217, p. 49), ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 217, p. 10), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 132, p. 82), sa fejn l-isem tar-rikorrent ġie inkluż fil-listi tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi,

    IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),

    komposta minn M. van der Woude, President, I. Wiszniewska-Białecka u I. Ulloa Rubio (Relatur), Imħallfin,

    Reġistratur: M. Marescaux, Amministratur,

    wara l-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-8 ta’ Diċembru 2015,

    tagħti l-preżenti

    Sentenza ( 1 )

    [omissis]

    Id-dritt

    Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal addattament tar-rikors

    27

    Kif jirriżulta mill-punt 18 iktar 'il fuq, id-Deċiżjoni 2013/255 kif emendata mid-deċiżjoni kkontestata ġiet estiża mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni 2015/837. Ir-rikorrent talab waqt is-seduta għall-adattament tar-rikors.

    28

    Mill-Artikolu 86(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li, meta att li jkun qed jintalab l-annullament tiegħu jiġi sostitwit jew emendat minn att ieħor li għandu l-istess suġġett, ir-rikorrent jista’, qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura, jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid. L-adattament tar-rikors għandu jsir permezz ta’ att separat u fit-terminu, previst fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li fih jista’ jintalab l-annullament tal-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors.

    29

    Issa, sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 86(2) tar-Regoli tal-Proċedura, l-adattament tar-rikors għandu jsir permezz ta’ att separat. Issa, għandu jiġu osservat li r-rikorrent talab l-adattament tar-rikors oralment, matul is-seduta. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ preżentata ta’ talba għal adattament tar-rikors permezz ta’ att separat, kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86(2) tar-Regoli tal-Proċedura, hemm lok jitqies li t-talba għal adattament tar-rikors hija inammissibbli.

    30

    Fid-dawl tal-konstatazzjonijiet li saru iktar 'il fuq, it-talbiet għal annullament f’din il-kawża għandhom jitqiesu bħala ammissibbli unikament sa fejn huma intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni u tar-regolament ikkontestati (iktar 'il quddiem l-“atti kkontestati”).

    [omissis]

     

    Għal dawn il-motivi,

    IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)

    taqta’ u tiddeċiedi :

     

    1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lil H.X.

     

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

     

    3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ H.X.

     

    Van der Woude

    Wiszniewska-Białecka

    Ulloa Rubio

    Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-2 ta’ Ġunju 2016.

    Firem


    ( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.

    ( 1 ) Qed jiġu rriprodotti biss dawk il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.

    Top