This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TJ0076
Judgment of the General Court (Eighth Chamber) of 15 September 2016.#Morningstar, Inc. v European Commission.#Competition — Abuse of a dominant position — Worldwide market for consolidated real-time datafeeds — Decision making the commitments offered by the dominant undertaking binding — Article 9 of Regulation (EC) No 1/2003.#Case T-76/14.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016.
Morningstar, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali - Deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji proposti mill-impriża f’pożizzjoni dominanti – Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2004.
Kawża T-76/14.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016.
Morningstar, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali - Deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji proposti mill-impriża f’pożizzjoni dominanti – Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2004.
Kawża T-76/14.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2016:481
SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)
15 ta’ Settembru 2016 ( *1 )
“Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali — Deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji proposti mill-impriża f’pożizzjoni dominanti — Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2004”
Fil-Kawża T‑76/14,
Morningstar, Inc., stabbilita fi Chicago, Illinois (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn S. Kinsella, K. Daly, P. Harrison, solicitors, u M. Abenhaïm, avukat,
rikorrenti,
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn F. Castilla Contreras, A. Dawes u F. Ronkes Agerbeek, bħala aġenti,
konvenuta,
sostnuta minn
Thomson Reuters Corp., stabbilita fi Toronto (Canada),
u
Reuters Ltd, stabbilita fi Londra (ir-Renju Unit),
irrappreżentati minn A. Nourry, G. Olsen u C. Ghosh, solicitors,
intervenjenti,
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9635, tal-20 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-ftehim ŻEE, [Każ COMP/D2/39.654 – Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters (RIC)],
IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),
komposta minn D. Gratsias, President, M. Kancheva u C. Wetter (Relatur), Imħallfin,
Reġistratur: L. Grzegorczyk, Amministratur,
wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-3 ta’ Marzu 2016,
tagħti l-preżenti
Sentenza
Il-fatti li wasslu għall-kawża
1 |
Fit-30 ta’ Ottubru 2009, il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li tibda proċedura fir-rigward ta’ Thomson Reuters Corporation u l-impriżi u l-impriżi mqiegħda taħt il-kontroll dirett jew indirett, fosthom Reuters Limited, (iktar ’il quddiem “TR”) minħabba abbuż ta’ pożizzjoni dominanti preżunt fuq is-suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali. |
2 |
Fid-19 ta’ Settembru 2011, il‑Kummissjoni adottat evalwazzjoni preliminari, konformement mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), li hija nnotifikat lil TR fl-20 ta’ Settembru 2011. |
3 |
Minn evalwazzjoni preliminari li TR għandha pożizzjoni dominanti fis-suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali. Hija setgħet abbużat il-pożizzjoni dominanti tagħha billi imponiet ċerti restrizzjonijiet li jirrigwardaw l-użu ta’ Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters (iktar ’il quddiem ir-“RIC”). Ir-RIC huma kodiċijiet alfanumeriċi qosra żviluppati minn TR li jidentifikaw it-titoli ta’ sigurtà u l-post fejn jiġu nnegozjati. |
4 |
TR tipprojbixxi lill-klijenti tagħha li jużaw ir-RIC sabiex isibu data fil-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali proposti minn fornituri oħra u u tipprekludi lil terzi kif ukoll lill-fornituri kompetituri li jiżviluppaw u jżommu aġġornati t-tabelli ta’ korrelazzjoni li jinkorporaw ir-RIC li jippermettu interazzjoni bejn is-sistemi tal-klijenti tagħha u l-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali ta’ fornituri oħra. Fl-evalwazzjoni preliminari tagħha, il‑Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li dawn il-prattiki ħolqu ostakli sostanzjali għal tibdil ta’ fornitur tal-provvista ta’ data u kkostitwew abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). |
5 |
Fit-8 ta’ Novembru 2011, TR ressqet, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, proposta ta’ impenji lill-Kummissjoni bil-għan li tindirizza t-tħassib ta’ din tal-aħħar fl-evalwazzjoni preliminari tagħha. |
6 |
F’din il-proposta ta’ impenji, TR ipproponiet, b’mod partikolari:
|
7 |
Fl-14 ta’ Diċembru 2011, il‑Kummissjoni ppubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, konfermement mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003, li jinkludi sommarju tal-każ u tal-impenji u stidnet lill-terzi kkonċernati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet fuq il-proposta ta’ TR. |
8 |
Fis-7 ta’ Marzu 2012, il‑Kummissjoni informat lil TR bl-osservazzjonijiet li hija kienet irċeviet mill-partijiet terzi kkonċernati wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-investigazzjoni tas-suq. |
9 |
Fis-27 ta’ Ġunju 2012, b’risposta għall-osservazzjonijiet ifformulati, TR ressqet proposta ta’ impenji reveduti. It-tibdiliet prinċipali kienu s-segwenti:
|
10 |
Fit-12 ta’ Lulju 2012, il‑Kummissjoni bdiet it-tieni investigazzjoni fost operaturi tas-suq u ppubblikat l-impenji emendati, konfermement mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003. |
11 |
Fil-25 ta’ Settembru 2012, il‑Kummissjoni informat lil TR bl-osservazzjonjiet li hija rċeviet mit-terzi kkonċernati wara l-pubblikazzjoni tat-tieni avviż ta’ investigazzjoni tas-suq. |
12 |
Fis-7 ta’ Novembru 2012, TR ippreżentat it-tielet serje ta’ impenji (iktar ’il quddiem l-“impenji definittivi”) li jinkludu d-dispożizzjonijiet segwenti:
|
13 |
L-impenji definittivi ta’ TR jipprevedu wkoll, fl-Anness V tagħhom, in-nomina ta’ mandatarju indipendenti responsabbli għall-moniteraġġ tagħhom. Il-kompitu tiegħu huwa li jwettaq moniteraġġ tal-osservanza tal-impenji u li jirrapporta regolarment dwarhom lill-Kummissjoni u, jekk ikun il-każ, li jipproponilha miżuri intiżi li jiggarantixxu l-osservanza tal-imsemmija impenji kif ukoll li jirrapporta r-riżultat tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwimiet prevista fl-Anness IV tal-impenji definittivi. |
14 |
Il‑Kummissjoni kkunsidrat li l-imsemmija impenji kienu suffiċjenti sabiex isolvu l-problemi ta’ kompetizzjoni li jkunu ġew irrilevati. Konsegwentement, fl-20 ta’ Diċembru 2012, hija adottat, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, id-deċiżjoni dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-ftehim ŻEE, [Każ COMP/D2/39.654 – Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters (RIC)], li sunt tiegħu ġie ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, C 326, p. 4, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), li jirrendu l-impenji proposti minn TR vinkolanti. F’din id-deċiżjoni, il‑Kummissjoni tikkonstata wkoll li, fid-dawl ta’ dawn l-impenji, ma hemmx iktar lok li hija tieħu azzjoni. |
Proċedura u t-talbiet tal-partijiet
15 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-4 ta’ Frar 2014, ir-rikorrenti, Morningstar Inc., ressqet dan ir-rikors. |
16 |
Fis-16 ta’ Mejju 2014, il‑Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha. |
17 |
Ir-replika ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-5 ta’ Awwissu 2014. |
18 |
Permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tas-27 ta’ Awwissu 2014, il-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) talbet lill-Kummissjoni li tipproduċi l-evalwazzjoni preliminari, f’verżjoni mhux kunfidenzjali, li hija wettqet skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003 fil-kawża inkwistjoni. Il‑Kummissjoni osservat din it-talba fit-terminu stabbilit. |
19 |
Din waslet fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Ottubru 2014. |
20 |
Permezz ta’ digriet tal‑21 ta’ Ottubru 2012, il-President tat-Tmien Awla laqa’ t-talba għal intervent ta’ TR, ippreżentata fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑22 ta’ Mejju 2014. |
21 |
Fit-2 ta’ Jannar 2015, TR ssottomettiet in-nota ta’ intervent tagħha. |
22 |
L-osservazzjonijiet tal-partijiet prinċipali fuq in-nota ta’ intervent ta’ TR waslu fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-terminu stabbilit. |
23 |
Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, talbet lill-Kummissjoni sabiex tipproduċi t-tweġibiet għall-investigazzjoni tas-suq ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta’ Diċembru 2011 u fit‑12 ta’ Lulju 2012, riċevuti mingħand l-operaturi tas-suq fil-verżjonijiet mhux kunfidenzjali. Hija ottemperat ruħha ma’ din it-talba fit-terminu stabbilit. |
24 |
It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-3 ta’ Marzu 2016. |
25 |
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
26 |
Il‑Kummissjoni u l-intervenjenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
Fuq l-ammissibbiltà
27 |
Ir-rikorrenti ssostni li għandha locus standi tressaq dan ir-rikors, peress li d-deċiżjoni kkontestata teffetwaha direttament u individwalment, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Hija ġiet direttament affettwata mid-deċiżjoni kkontestata, li tillimita l-kapaċità tagħha li tikkonkludi kuntratt ma’ TR fir-rigward tar-RIC, sa fejn l-imsemmija deċiżjoni teskludi espressament il-fornituri kompetituri tal-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-persuni eliġibbli għal-liċenzji. F’dak li jirrigwarda l-interess individwali, hija ssostni li hija pparteċipat attivament fil-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Barra dan, hija kienet tifforma parti minn ċirku magħluq u identifikabbli ta’ persuni li pparteċipaw fil-proċedura amministrattiva. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata tawtorizza aġir professjonali tal-kompetitur prinċipali tagħha, li tista’ taffettwa l-pożizzjoni tagħha fis-suq rilevanti. |
28 |
Il‑Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti u ssostni, madankollu mingħajr ma tinvoka formalment l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà fis-sens tal-Artikolu 130(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, li r-rikors huwa inammissibbli. |
29 |
Għandu jitfakkar li r-raba’ paragrafu tal-Artikolu TFUE jippermetti lil persuna li ma hijiex id-destinatarja ta’ att tippreżenta rikors għal annullament kontra dan l-att, jekk dan jikkonċernaha individwalment u direttament. |
30 |
Skont il-ġurisprudenza, il-kwistjoni tal-locus standi ta’ rikorrent għandu jiġi evalwat fir-rigward tal-effetti li l-att ikkontestat ikollu fuq is-sitwazzjoni ġuridika tiegħu sa fejn l-imsemmi rikorrent ikun, minn naħa, direttament affettwat mill-att ikkontestat, billi l-effett dirett jeħtieġ li l-miżura inkwistjoni tipproduċi effetti diretti fuq is-sitwazzjoni legali tiegħu u li ma tħalli ebda marġini ta’ diskrezzjoni lid-destinatarji ta’ din il-miżura li huma responsabbli għall-implementazzjoni tagħha, peress li din għandha natura purament awtomatika u li tirriżulta biss mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, mingħajr applikazzjoni ta’ regoli intermedji oħra (is-sentenzi tal-5 ta’ Mejju 1998, Glencore Grain vs Il‑Kummissjoni, C‑404/96 P, EU:C:1998:196, punt 42 u tal-24 ta’ Marzu 1994, Air France vs Il‑Kummissjoni, T‑3/93, EU:T:1994:36, punt 80) u, min-naħa l-oħra, individwalment affettwati minn dan l-istess att, billi tikkawża preġudizzju lir-rikorrent minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għalih jew minħabba sitwazzjoni ta’ fatt li tikkaratterizzah meta mqabbel ma’ kull persuna oħra u minħabba dan il-fatt tindividwalizzah b’mod analogu għal dak li jkun individwalizzat bih id-destinatarju ta’ deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 1963, Plaumann vs Il‑Kummissjoni, 25/62, EU:C:1963:17, p. 223). |
31 |
F’dan il-każ, konfermement għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, id-deċiżjoni kkontestata tirrendi vinkolanti l-impenji definittivi ta’ TR tas-7 ta’ Novembru 2012. Fil-fatt, il‑Kummissjoni eżaminat l-effetti tar-restrizzjonijiet imposti minn TR li jirrigwardaw ir-RIC u kkonkludiet li l-imsemmija restrizzjonijiet kienu ta’ detriment għall-kompetituri billi jostakolaw bidla ta’ fornitur mill-klijenti ta’ TR u, konsegwentement, inaqqsu l-kapaċità tal-kompetituri li jidħlu fis-suq jew li jikkompetu abbażi tal-merti tas-servizzi tagħhom. L-impenji definittivi, li huma intiżi li jiffaċilitaw, għall-klijenti ta’ TR il-bdil favur il-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali kompetituri, jeskludu espliċitament li l-fornituri kompetituri jkunu eliġibbli li jikkonkludu kuntratt ta’ ERL u kuntratt ta’ TPDL. Sa fejn hija tillimita l-possibbiltà għar-rikorrenti li tikkonkludi tali kuntratti, id-deċiżjoni kkontestata tipproduċi effetti diretti fuq is-sitwazzjoni legali. |
32 |
Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk ir-rikorrenti hija individwalment ikkonċernata, għandu jiġi rrilevat li hija talbet laqgħat mal-Kummissjoni permezz tal-ittri tagħha tal-5 ta’ Marzu u s-16 ta’ Ġunju 2010. Wara dawn it-talbiet, ġiet organizzata l-ewwel laqgħa fis-27 ta’ Lulju 2010. Sussegwentement, bejn l-2010 u l-2012, kemm fuq it-talba tal-Kummissjoni kif ukoll fuq dik tar-rikorrenti, saru laqgħat u konverżazzjonijiet telefoniċi oħra bejn. Bl-istess mod, wara talba tal-Kummissjoni fit-18 ta’ April 2012, ir-rikorrenti pprovdiet verżjoni mhux kunfidenzjali tal-proċessi tal-konverżazzjonijiet telefoniċi u tal-laqgħat inkwistjoni. Ir-rikorrenti rreaġixxiet u pprovdiet l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-impenji proposti minn TR, permezz ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi, ta’ laqgħat, ta’ ittri u ta’ risposti għad-domandi formali għal informazzjoni tal-Kummissjoni. |
33 |
Barra minn hekk, anki jekk isem ir-rikorrenti ma jidhirx espressament fid-deċiżjoni kkontestata, minn din il-proċedura amministrattiva li wasslet għal din id-deċiżjoni jirriżulta li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet magħmula mir-rikorrenti. |
34 |
Għandu jiġi osservat li, ir-rikorrenti pparteċipat attivament fil-proċedura mhux biss fuq inizjattiva tagħha stess, iżda wkoll fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni li b’mod partikolari stednitha tissottemetti l-osservazzjonijiet tagħha fuq diversi aspetti tas-suq kif ukoll fuq l-impenji proposti, u dan barra l-kuntest tal-investigazzjonijiet tas-suq konfermement mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003 li għalihom ir-rikorrenti kkontribwiet ukoll. Minn dan isegwi li r-rikorrenti pparteċipat b’mod attiv fil-proċedura. Jekk empliċi parteċipazzjoni fil-proċedura ma hijiex ċertament biżżejjed, waħedha, sabiex tistabbilixxi li r-rikorrenti hija individwalment ikkonċernata bid-deċiżjoni kkontestata, xorta jibqa’ l-fatt li l-parteċipazzjoni attiva tagħha fil-proċedura amministrattiva tikkostitwixxi element meħud inkunsiderazzjoni mill-ġurisprudenza, fil-qasam tal-kompetizzjoni, fil-qasam iktar speċifiku tal-impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, sabiex jiġi stabbilit, flimkien ma’ ċirkostanzi oħra speċifiċi, l-ammissibbiltà tar-rikors tagħha (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tat-28 ta’ Jannar 1986, Cofaz et vs Il‑Kummissjoni, 169/84, EU:C:1986:42, punti 24 u 25 ; tal-31 ta’ Marzu 1998, France et vs Il‑Kummissjoni, imsejħa Kali & Salz, C‑68/94 u C‑30/95, EU:C:1998:148, punti 54 sa 56, u tat-3 ta’ April 2003, BaByliss vs Il‑Kummissjoni, T‑114/02, EU:T:2003:100, punt 95). |
35 |
F’dan ir-rigward, tali ċirkustanza speċifika tikkonsisti, f’dan il-każ, fl-effett tal-pożizzjoni tar-rikorrenti fis-suq inkwistjoni. Fil-fatt, mill-proċess quddiem il-Qorti Ġenerali jirriżulta li r-rikorrenti topera, bħal TR, fis-suq tal-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali, suq li huwa kkaratterizzat minn numru limitat ta’ kompetituri u li fih TR għandha pożizzjoni dominanti. Minn dan jista’ jiġi dedott li l-miżuri restrittivi min-naħa ta’ TR bħala impriża dominanti, bħal dawk li kienu suġġetti għall-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, jista’ jkollhom effetti negattivi sinjifikattivi fuq l-attivitajiet tar-rikorrenti. |
36 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-rikorrenti hija individwalment ikkonċernata wkoll. Għaldaqstant, dan ir-rikors huwa ammissibbli. |
Fuq il-mertu
37 |
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi:
|
38 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li jirriżulta mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2033, li l-Kummissjoni tista’, meta jkollha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni li teżiġi li jintemm ksur, tirrendi vinkolanti l-impenji offerti mill-impriżi kkonċernati meta jkunu ta’ natura li jindirizzaw it-tħassib kompetittiv identifikat mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tiegħu. |
39 |
Il-mekkaniżmu ġdid introdott permezz tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 huwa intiż li jiżgura applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni fis-seħħ fl-Unjoni, permezz tal-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet li jivvinkolaw l-impenji proposti mill-partijiet u meqjusa xierqa mill-Kummissjoni sabiex tinstab soluzzjoni iktar malajr għall-problemi tal-kompetizzjoni li hija tkun identifikat, minflok li taġixxi permezz ta’ konstatazzjoni formali ta’ ksur. B’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament huwa ispirat mill-kunsiderazzjonijiet ta’ ekonomija ta’ proċedura u jippermetti lill-impriżi li jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-proċedura, billi jipproponi s-soluzzjonijiet li jidhrilhom l-iktar xierqa u adegwati sabiex jindirizzaw l-imsemmi tħassib tal-Kummissjoni (is-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Alrosa, C‑441/07, EU:C:2010:377, punt 35). |
40 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tipprevedi, f’dak li jirrigwarda l-aċċettazzjoni u ċ-ċaħda tal-impenji, setgħa diskrezzjonali wiesgħa (is-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Alrosa, C‑441/07, EU:C:2010:377, punt 94). |
41 |
Barra dan, għandu jitfakkar li, sa fejn il‑Kummissjoni hija msejħa twettaq analiżi li teħtieġ it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ diversi fatturi ekonomiċi, bħal analiżi prospettiva bil-għan li tiġi evalwata l-adegwatezza tal-impenji offerti mill-impriża inkwistjoni, hawnhekk hija tgawdi wkoll setgħa diskrezzjonali li tagħha l-Qorti Ġenerali għandha tieħu inkunsiderazzjoni fl-eżerċizzju tal-istħarriġ tagħha. Minn dan jirriżulta li, fil-kuntest tal-istħarriġ ristrett li jeżerċitaw fuq tali sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni ekonomika tagħha għal dik tal-Kummissjoni (is-sentenzi tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Alrosa, C‑441/07, EU:C:2010:377, punt 67, u tal-11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni, C‑67/13 P, EU:C:2014:2204, punt 46). |
42 |
Madankollu, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod ripetut fil-kuntest tal-oqsma li jagħtu lok għal evalwazzjonijiet kumplessi, bħalma huwa d-dritt tal-kompetizzjoni, is-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Kummissjoni ma timplikax li l-qorti tal-Unjoni għandha tastjeni mill-istħarriġ tal-interpretazzjoni magħmula minn din l-istituzzjoni tad-data ta’ natura ekonomika (is-sentenzi tal-15 ta’ Frar 2005, Il‑Kummissjoni vs Tetra Laval, C‑12/03 P, EU:C:2005:87, punt 39; tal‑10 ta’ Lulju 2008, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala, C‑413/06 P, EU:C:2008:392, punt 145, u tal-11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni, C‑67/13 P, EU:C:2014:2204, punt 46). Skont il-prinċipji li jirriżultaw minn din il-ġurisprudenza, il-qorti tal-Unjoni b’mod partikolari, għandha tivverifika mhux biss l-eżattezza materjali tal-provi invokati, il-kredibbiltà tagħhom u l-koerenza tagħhom, iżda għandha wkoll tistħarreġ jekk dawn l-elementi jikkostitwixxux l-informazzjoni kollha rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk humiex tali li jsostnu l-konklużjonijiet li jirriżultaw minnha (ara s-sentenzi tal‑11 ta’ Settembru 2014, CB vs Il‑Kummissjoni, C‑67/13 P, EU:C:2014:2204, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata ; tal-11 ta’ Diċembru 2013, Cisco Systems u Messagenet vs Il‑Kummissjoni, T‑79/12, EU:T:2013:635, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-13 ta’ Mejju 2015, Niki Luftfahrt vs Il‑Kummissjoni, T‑162/10, EU:T:2015:283, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
43 |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li minkejja d-deċiżjonijiet adotta skont l-Artikoli 7 u 9 tar-Regolament Nru 1/2003 huma suġġetti għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju huwa madankollu differenti skont liema waħda jew l-oħra minn dawn id-dispożizzjonijiet hija kkonċernata. |
44 |
Dawn id-dispożizzjonijiet jindirizzaw fil-fatt għanijiet differenti. L-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 huwa intiż li jindirizza t-tħassib li l-Kummissjoni setgħet tqajjem matul l-evalwazzjoni preliminari tagħha, filwaqt li l-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament intiż li jtemm il-ksur ikkonstatat (is-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Alrosa, C‑441/07, EU:C:2010:377, punt 46). |
45 |
Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-proporzonalità tal-impenji, it-test li għandha tuża l-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 jinsab fil-fatt ta’ jekk l-impenji humiex “suffiċjenti” u jistgħux jindirizzaw “b’mod adegwat” għat-tħassib tagħha, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-każ, jiġifieri, il-gravità tat-tħassib, il-portata tagħhom, u l-interessi ta’ terzi (is-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Alrosa, C‑441/07, EU:C:2010:377, punti 41 u 61). |
46 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni jillimita ruħu li jivverifika jekk l-evalwazzjoni magħmula mill-Kummissjoni hija manifestament żbaljata, billi timplementa l-prinċipji mfakkra fil-punti 40 sa 45 iktar ’il fuq. |
Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta ’ evalwazzjoni
47 |
Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-impenji definittivi ma għandhomx bħala effett, la li jtemmu u lanqas li jillimitaw sinjifikattivament l-abbuż identifikat u lanqas li jindirizzaw it-tħassib espress. Id-deċiżjoni kkontestata hija għaldaqstant, fil-fehma tar-rikorrenti, ivvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
48 |
Ir-rikorrenti tinnota li kemm id-definizzjoni tal-“klijent eliġibbli” kif ukoll ta’ “żviluppaturi ta’ partijiet terzi”, inklużi rispettivament fl-ERL u t-TPDL, jeskludu l-fornituri kompetituri. Barra minn hekk, skont l-impenji, il-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali kompetituri ma jistgħux jimmaniġġjaw huma nfushom ir-RIC f’isem il-proprjetarji eliġibbli ta’ liċenzja. Għaldaqstant, il-kumpanniji li, bħar-rikorrenti, għandhom il-kapaċità, il-konoxxenza u l-inċentivi neċessarji sabiex jipproponu servizzi kompetituri huma direttament preklużi milli jagħmlu dan. Fir-rigward tal-kliem tal-ftehim ta’ liċenzja inkwistjoni, dan jikkontempla biss l-għoti ta’ liċenzji lil klijenti li jistgħu jużaw ir-RIC sabiex jiżviluppaw huma nfushom, jew permezz ta’ intermedjarju ta’ żviluppaturi ta’ partijiet terzi, il-mezzi ta’ aċċess għal servizzi li jistgħu jikkompetu mas-servizzi proposti minn TR. |
49 |
L-ewwel nett, f’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis, li l-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali ma humiex kapaċi li jipprovdu servizz effikaċi ta’ tibdil ta’ fornituri lill-klijenti ta’ TR peress, bl-esklużjoni tagħhom mit-termini tal-liċenzja tal-ERL u tat-TPDL, huma ma jistgħux joffru servizz kompetittiv totalment sħiħ. It-tieni nett, il-probabbiltà li l-iżviluppaturi terzi jiżviluppaw tabelli ta’ korrelazzjoni hija teoretika u estremament remota. It-tielet nett, l-oneru u l-ispiża kollha tat-tibdil tal-fornitur hija sostnuta kompletament mill-klijenti ta’ TR, anki meta huwa manifestament mhux probabbli li jkunu se jibdlu l-fornitur minħabba l-ispiża u l-kumplessità li ġġib magħha tali bidla, it-tibdil tas-sistemi tagħhom u n-negozjati addizzjonali mal-partijiet terzi li din il-bidla timplika, in-natura tas-suq għall-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali u l-ispiża u l-kumplessità marbuta mal-użu tat-tabella ta’ korrelazzjoni ta’ parti terza. Ir-raba’ nett, il-klijenti ta’ TR mhux probabbli li jaħdmu b’għodda ta’ konverżjoni żviluppata minn parti terza, pjuttost li minn xi kompetitur, peress li dawn l-għodod jeħtieġu grad ta’ ħeffa u ta’ affidabbiltà għolja. Id-dipendenza fuq parti terza jkun fil-fatt riskju għall-integrità u l-eżatezza tal-immappjar tal-kodiċijiet. Anki, kollaborazzjoni eventwali ma’ żviluppatur terz fir-redazzjoni ta’ tabella ta’ korrelazzjoni hija ineffikaċi, minħabba l-impossibbiltà ta’ sostizzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tar-RIC. Il-ħames nett, ir-raġuni għala l-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali kompetituri ma jistgħux joffru servizz ekwivalenti huwa marbut ukoll mal-fatt li r-“RIC tal-katina” (metodu ta’ aċċess għal grupp ta’ strumenti billi jiġi użat identifikatur wieħed) huma esklużi mil-liċenzji offerti minn TR, filwaqt li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji jeħtieġu aċċess għar-RIC tal-katina peress li huma wieħed mill-metodi ewlenin ta’ aċċess għad-data. Minħabba l-fatt li, konfermement mal-impenji, hija biss disponibbli d-data l-iktar bażika, ma huwiex possibbli għal fornitur ieħor li jerġa’ jifforma dawn il-ktajjen jew li jwettaq immappjar magħha mingħajr ma jkun jista’ jaċċedi għad-data li tifforma l-bażi tagħha. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinnota li, sa fejn taf hi, l-ebda klijent ta’ TR ma uża fornitur kompetitur ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali. Fl-eventwalità fejn numru kbir ta’ kumpanniji jippruvaw jiksbu u joperaw liċenzji, tkun teżisti prova fattwali fis-suq. Madankollu, skont ir-rikorrenti, dan ma huwiex il-każ, għalhekk hija tirribadixxi, kif diġà indikat matul il-proċedura amministrattiva, li dawn it-tranżizzjonijiet għal fornitur ieħor huma improbabbli ħafna. |
50 |
L-ewwel nett, il‑Kummissjoni sostniet, li ERL li jawtorizza lill-klijenti ta’ TR sabiex jużaw ir-RIC sabiex ifittxu data fil-provvista ta’ data ta’ fornituri oħra, mingħajr ma jkunu obbligati li jerġgħu jiktbu l-applikazzjonijiet tagħhom, hija biżżejjed sabiex jiġi indirizzat it-tħassib tagħha dwar ir-restrizzjonijiet li jirrigwardaw l-użu tar-RIC meta jinbidel il-fornitur. It-tieni nett, hija tqis li TPDL, li jawtorizza l-iżviluppaturi terzi sabiex jiżviluppaw u jaġġornaw tabelli ta’ korrelazzjoni bejn ir-RIC u s-sistemi ta’ kodifikazzjoni ta’ fornituri oħra, hija biżżejjed sabiex tindirizza t-tħassib tagħha dwar restrizzjonijiet li jirrigwardaw l-użu ta’ RIC bil-għan li jiġu żviluppati tali tabelli. Il‑Kummissjoni tenfasizza, b’mod illustrattiv, fuq diversi klawżoli u kundizzjonijiet inklużi fl-ERL u t-TPDL li għandhom bħala għan li jiffaċilitaw il-bdil ta’ fornitur. F’dan il-kuntest, hija ssemmi li ERL jingħata fuq livell dinji lill-klijent eliġibbli jekk huwa jeżerċita attività kummerċjali ġenwina fiż-ŻEE, li ERL tingħata b’mod perpetwu, bil-kundizzjoni li l-ERL tkun ġiet mitluba matul ħames snin wara d-data ta’ tnedija mill-klijent eliġibbli, li l-klijent eliġibbli jista’ jżid jew inaqqas fi kwalunkwe mument in-numru ta’ RIC eliġibbli, skont il-ħtieġa tiegħu fl-attività kummerċjali, u li TR se tipprovdi lill-klijent eliġibbli aġġornamenti regolari tar-RIC eliġibbli kif ukoll l-informazzjoni ta’ mmappjar meħtieġa sabiex tiġi identifikata unikament id-data tas-suq li fuqha hija bbażata, f’ħin reali. |
51 |
Fl-aħħar nett, il‑Kummissjoni ssostni li l-ebda argument imqajjem mir-rikorrenti ma jbiddel il-konklużjoni skont liema l-impenji definittivi huma suffiċjenti sabiex jindirizzaw it-tħassib tagħha. |
52 |
Hija ssostni, f’dan ir-rigward, li kompetitur jista’ jistabbilixxi sħubija ma’ żviluppatur terz bil-għan li joffri lill-klijenti ta’ TR servizz ta’ bdil ta’ fornitur ippersonalizzat u totalment integrat, li l-arkitettura informatika ta’ kull klijent ta’ TR huwa ġeneralment speċifiku għaliha, huwa inevitabbli li kull klijent għandu jwettaq ix-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni u għaldaqstant jinkorri ċerti spejjeż jekk jiddeċiedi li jibdel il-fornitur ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali, li l-klijenti prinċipali ta’ TR huma stabbilimenti finanzjarji globali li għandhom l-esperjenza professjonali u l-mezzi finanzjarji neċessarji sabiex ibiddlu l-fornitur jekk huma jqisu li dan huwa fl-interess kummerċjali tagħhom, li l-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali u tal-żviluppaturi ta’ partijiet terzi tista’ twassal għal ekonomiji ta’ skala, li ma hemm ebda raġuni għala t-tabelli ta’ korrelazzjoni żviluppati mill-żviluppaturi ta’ partijiet terzi ma jkunux affidabbli jew inqas rapidi meta mqabbla mal-użu tas-servizz ta’ TR u li l-allegazzjonijiet li jirrigwardaw ir-RIC tal-katina huma msemmija l-ewwel darba fir-replika u ma humiex ibbażati fuq punti ta’ dritt jew ta’ fatt li ġew irrivelati matul il-proċedura amministrattiva u l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u li għaldaqstant għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli, billi, fi kwalunkwe każ, huma infondati. Fl-aħħar nett, il‑Kummissjoni tinnota li l-ERL u t-TPLD ġew inklużi biss fl-20 ta’ Ġunju 2013 u peress li l-bdil ta’ fornitur huwa proċess kumpless u twil, ma huwiex sorprendenti li dan il-bdil għadu ma seħħx matul il-perijodu bejn id-dħul fis-seħħ ta’ dawn il-kuntratti ta’ liċenzji, minn naħa waħda, u l-preżentata tar-rikors, min-naħa l-oħra. |
53 |
L-ewwel nett, fir-rigward, tal-ammissibbiltà tal-argument dwar il-katina tar-RIC u ta’ dak dwar il-limitazzjonijiet fid-data deskrittivi pprovduti għal kull RIC, għandu jitfakkar li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikolu 44(1)(c) u tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991, li r-rikors promotur għandu jindika s-suġġett tal-kawża u jinkludi sunt tar-raġunijiet imressqa u li l-ebda raġuni ġdida ma tista’ tiġi ppreżentata matul il-kawża, sakemm din ir-raġuni ma tkunx ibbażata fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li jiġu irrivelati matul il-proċedura. |
54 |
Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, motiv, jew argument li jikkostitwixxi twessigħ ta’ motiv invokat preċedentement, direttament jew impliċitament, fir-rikors promotur u li jkollu rabta mill-qrib miegħu għandu jiġi ddikjarat ammissibbli (is-sentenzi tad-19 ta’ Settembru 2000, Dürbeck vs Il‑Kummissjoni, T‑252/97, EU:T:2000:210, punt 39, u tat-30 ta’ Settembru 2003, Cableuropa et vs Il‑Kummissjoni, T‑346/02 u T‑347/02, EU:T:2003:256, punt 111). |
55 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, kuntrarjament għal dak li tallega l-Kummissjoni, dan il-motiv jikkostitwixxi twessigħ tal-ewwel motiv, kif ippreżentat fir-rikors, jiġifieri l-motiv ibbażat fuq l-żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-impenji definittivi. Għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li jidhru fir-rikors argumenti twal fir-rigward tan-natura inadegwata tal-impenji definittivi. Konsegwentement, l-argument fir-replika jikkontesta n-natura suffiċjenti tal-impenji definittivi sabiex jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni minħabba l-fatt tal-lakuni fl-imsemmija impenji, kif marbuta mal-assenza ta’ regola fir-rigward tal-katina tar-RIC, huwa ammissibbli. |
56 |
Imbagħad, fir-rigward tal-eżami tal-mertu tal-ewwel motiv, kif diġà tfakkar fil-punt 41 iktar ’il fuq, inkunsiderazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Kummissjoni meta tivverifika l-adegwatezza tal-impenji proposti, ir-rwol tal-Qorti Ġenerali huwa limitat biss li jivverifika li l‑Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni. B’mod iktar speċifiku, ir-rwol tagħha, fil-kuntest ta’ dan l-istħarriġ ġudizzjarju, li jiġi stabbilit jekk teżistix adegwatezza bejn it-tħassib irrilevat mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha u l-impenji proposti minn TR, impenji li għandhom, għal darb’oħra, jindirizzaw b’mod suffiċjenti dan it-tħassib. |
57 |
Barra minn hekk, l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji għandi jitwettaq fid-dawl tat-tħassib tal-Kummissjoni u mhux ir-rekwiżiti espressi mill-kompetituri fir-rigward tal-kontenut tal-impenji. |
58 |
Għaldaqstant, il-kriterju xieraq fir-rigward tat-tħassib tal-Kummissjoni kif espress fl-evalwazzjoni preliminari tagħha, huwa ta’ jekk l-impenji huma ta’ natura suffiċjenti sabiex jindirizzaw b’mod adegwat għall-imsemmi tħassib li huma intiżi, f’dan il-każ, li jiffaċilitaw, għall-klijenti, il-bdil ta’ fornitur. |
59 |
Barra minn hekk, il-fatt li l-imsemmi tħassib setgħu jiġu indirizzati biss billi jinkludu l-kompetituri ta’ TR fit-termini tal-liċenzji, kif tissuġġerixxi ir-rikorrenti, ma jistabbilixxix per se li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni u l-fatt li l-impenji setgħu jiġu aċċettati wkoll, jew li setgħu kienu iktar favorevoli għall-kompetituri, ma wasslux għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn il‑Kummissjoni kienet raġonevolment intitolata li tikkonkludi li l-impenji stabbiliti fid-deċiżjoni kkontestata jippermettu li jiġi mxejjen it-tħassib identifikat fl-evalwazzjoni preliminari. |
60 |
Għandu jitfakkar li d-deċiżjoni kkontestata timplementa serje ta’ impenji proposti minn TR li l-attività tagħha tqajjem tħassib fil-qasam ta’ kompetizzjoni u li, essenzjalment, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi rrendiet vinkolanti l-impenji li ma jindirizzawx b’mod suffiċjenti l-imsemmi tħassib. |
61 |
Għandha tiġi miċħuda l-allegazzjoni tar-rikorrenti skont liema l-kompetituri ma humiex kapaċi li jfornixxu servizz effikaċi ta’ bdil ta’ fornitur minħabba l-fatt li ma jistgħux jipproponu servizz totalment integrat, minħabba l-esklużjoni tagħhom mit-termini tal-kuntratti ta’ liċenzja inkwistjoni. |
62 |
Fil-fatt, għandu jitfakkar li t-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni kien jirrigwarda r-restrizzjonijiet imposti fuq il-klijenti ta’ TR u għall-prevenzjoni tal-partijiet terzi li jistabbilixxu mmappjar bejn il-kodiċijiet differenti, b’hekk jiġu maħluqa l-ostakli sostanzjali għall-bdil ta’ fornitur. Għaldaqstant, l-impenji aċċettati mill-Kummissjoni huma ffokati, essenzjalment, fuq il-possibbiltajiet offerti lill-klijenti li jibdlu l-fornitur, jew bil-mezzi tagħhom jew b’kollaborazjzoni ma’ żviluppatur terz. F’dan is-sens, il‑Kummissjoni qieset li t-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni seta’ jixxejjen mhux billi jiġu imposti fuq TR soluzzjonijiet ta’ aġir fil-konfront tal-kompetituri tagħha, iżda fil-konfront tal-klijenti tagħha u ta’ partijiet terzi. Din il-konstatazzjoni, skont liema l-impenji huma ffokati l-ewwel nett lejn il-klijenti u l-iżviluppaturi terzi, hija sostnuta mill-possibbilitajiet offerti lil dawn tal-aħħar li jikkollaboraw u li jassistu reċiprokament lil xulxin fl-iżvilupp ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni permezz tal-liċenzji proposti minn TR. Il-klijenti ta’ TR jistgħu wkoll jagħżlu żviluppaturi ta’ partijiet terzi li jkunu daħlu fi ftehim ta’ sħubija mal-fornituri kompetituri, l-imsemmija ftehimiet ta’ sħubija jikkonsistu f’kooperazzjoni dwar l-idear, it-twettiq, l-aġġornament, il-promozzjoni u s-servizz ta’ wara l-bejgħ tat-tabelli ta’ korrelazzjoni. Għaldaqstant, qed jiġu offerti diversi għażliet lill-klijenti ta’ TR għall-finijiet ta’ bdil ta’ fornitur, kemm jekk huma interni jew esterni għall-infrastruttura tagħhom. |
63 |
Għalhekk, bl-aċċettazzjoni tal-imsemmija impenji, il‑Kummissjoni qieset li, sabiex jiġi indirizzat it-tħassib li kienet qajmet, ma huwiex neċessarju li jiġu inklużi l-kompetituri ta’ TR fit-termini tal-liċenzji. Barra minn hekk, kif jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata, il‑Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li l-kompetituri ta’ TR ingħataw l-aċċess għar-RIC tmur lil hinn għal dak li huwa neċessarju sabiex jiġi indirizzat t-tħassib tagħha. Issa, fir-rigward tal-konstatazzjonijiet li l-Qorti Ġenerali ressqet fil-punt 62 iktar ’il fuq, il‑Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dan ir-rigward. |
64 |
Għandhom jinċaħdu wkoll l-argumenti skont liema żviluppatur terz li jiddisinja tabelli ta’ korrelazzjoni huma remoti u teoretiċi, tabelli ta’ korrelazzjoni li, skont ir-rikorrenti, ma joffrux l-affidabbiltà u l-ħeffa rikjesti peress li ġew iddisinjati minn partijiet terzi. |
65 |
Minkejja li ma huwiex neċessarju li jitfakkru s-soluzzjonijiet differenti għad-dispożizzjoni tal-iżviluppaturi ta’ partijiet terzi fl-iżvilupp ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni, li jżidu l-probabbiltajiet ta’ tali disinn, għandu jingħad li, fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ affidabbiltà u ta’ ħeffa offerti minn dawn it-tabelli, ir-rikorrenti ma tinvokax argumenti konkreti, fir-rigward ta’ dawn l-allegazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, huwa diġà possibbli li jinċaħdu. |
66 |
Barra minn hekk, fl-eventwalità jew fejn klijent jeżiġi garanzija fir-rigward tal-affidabbiltà, żviluppatur terz u fornitur kompetitur jistgħu jiftehmu li jagħtu din il-garanzija lil dan il-klijent, possibbiltà li ma ġietx eskluża mill-impenji, konfermement mal-klawżola li tidher fil-paragrafu 1.3(c)(iii) tat-TPDL. Għalhekk, huwa possibbli li jiġi indirizzat it-tħassib eventwali ta’ klijent li jiġi żgurat fil-perspettiva tiegħu ta’ bdil ta’ fornitur. Barra minn hekk, barra mill-fatt li l-klijenti ta’ TR jistgħu jikkonkludu ERL sabiex jibdlu l-fornitur tal-provvista tad-data f’ħin reali kkonsolidata għall-applikazzjonijiet kollha tagħhom, huma jistgħu jagħżlu, għal perijodu minimu ta’ tnax-il xahar, għal bidla parzjali. Tali bidla parzjali tista’ tippermetti lil klijent li jevalwa l-affidabbiltà ta’ sors kompetitur ta’ data billi juża b’mod parallel applikazzjonijiet li jużaw is-sors ta’ data ta’ TR u applikazzjonijiet oħra li jużaw is-sors kompetitur ta’ data, possibbiltà li tiffaċilita għall-klijent, bdil ta’ fornitur. |
67 |
Bl-istess mod, l-argumenti skont liema l-integralità tal-oneru u tal-ispejjeż tat-tibdil jiġi sostnut mill-klijenti ta’ TR ma jistgħux jintlaqgħu. Għandu jitfakkar li t-tħassib tal-Kummissjoni jirrigwarda essenzjalment ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-klijenti ta’ TR fl-użu tar-RIC. L-imsemmija restrizzjonijiet jipprojbulhom li jiġbru d-data fil-provvisti tal-fornituri kompetituri billi jużaw il-kodiċijiet RIC, u dan permezz ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni. Minħabba l-integrazzjoni tal-kodiċijiet RIC fl-applikazzjonijiet informatiċi tal-klijenti, kitba mill-ġdid ta’ dawn l-applikazzjonijiet tkun neċessarja meta l-imsemmija klijenti jridu jibdlu l-fornitur, dan il-bdil ta’ fornitur li jwassal de facto, taħt restrizzjonijiet imposti mit-TR, għal tibdil fis-sistema ta’ simboli użati. Dan il-proċess ta’ bidla ta’ applikazzjonijiet huwa kkunsidrat, skont klijenti, bħala twil u għali. Fil-fatt, mill-investigazzjonijiet ta’ suq imwettqa mill-Kummissjoni, li l-konklużjonijiet tagħhom ġew inklużi fl-evalwazzjoni preliminari, jirriżulta li l-parti essenzjali tal-bdil tirrigwarda l-konverżjoni tal-kodiċijiet. Dawn l-ispejjeż huma xi kultant diffiċli biex jiġu kkwantifikati, b’mod partikolari peress li kull arkitettura informatika hija speċifika għal kull klijent. Madankollu, il-Kummissjoni indikat fl-evalwazzjoni preliminari tagħha li, għall-klijenti li wettqu evalwazzjoni estensiva tal-ispejjeż tal-bidla, dawn tal-aħħar kienu kkunsidrati bħala projbittivi, u setgħu jiskoraġġixxu lill-klijenti milli jbidlu l-fornituri. B’reazzjoni għal dan it-tħassib, TR għaldaqstant ipproponiet lill-klijenti, kif ukoll lill-iżviluppaturi ta’ partijiet terzi, il-possibbiltà li jiġu stabbiliti t-tabelli ta’ korrelazzjoni bejn il-kodiċijiet RIC u s-sistema t’ simboli użati mill-fornitur ġdid, b’tali mod li bidla ta’ applikazzjoni ma tkunx iktar maħtieġa. Dawn l-impenji jippermettu għaldaqstant titjib reali għall-klijenti ta’ TR li ma għadhomx jaffaċċjaw spejjeż projbittivi fil-prospett ta’ bdil ta’ fornitur, fl-assenza ta’ bidla profonda tal-applikazzjonijiet informatiċi. Minkejja l-implementazzjoni ta’ tabella ta’ korrelazzjoni mill-klijent, jew internament jew permezz ta’ żviluppatur terz, jista’ wkoll iwassal għal spejjeż, għandu jitfakkar li l-impenji ma humiex intiżi għal eliminazzjoni totali tal-ispejjeż, iżda pjuttost li jirrendu l-bdil ta’ fornitur iktar aċċessibbli permezz ta’ spejjeż raġonevoli. |
68 |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li bidla tas-sistemi u l-applikazzjonijiet informatiċi tista’, fi kwalunkwe każ, tinvolvi xi spejjeż li jkollhom jiġu sostnuti mill-klijent, b’mod partikolari minħabba l-ispeċifiċità tal-arkitettura informatika individwali għal kull klijent. Barra dan, l-imsemmija klijenti huma ġeneralment istituzzjonijiet jew impriżi ta’ livell dinji u għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-mezzi finanzjarji sabiex isostni tali spejjeż. |
69 |
Għandu jiġi kkonstatat ukoll, bħalma għamlet il-Kummissjoni, li l-kollaborazzjoni bejn il-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali u l-iżviluppaturi ta’ partijiet terzi tista’ toħloq ekonomiji ta’ skala. Dawn l-ekonomiji għandhom natura li jbaxxi l-ispejjeż ta’ bdil ta’ fornitur, dan seta’ kien ta’ inċentiv addizzjonali għall-klijenti, inkluż għall-klijenti ta’ daqs żgħir, sabiex ibiddlu l-fornitur. |
70 |
Fl-aħħar nett, l-argumenti marbuta mal-assenza ta’ data dwar il-katina tar-RIC u dwar il-limitazzjonijiet tad-data deskrittivi pprovduti għal kull RIC li jipprevjenu lill-fornituri kompetituri li joffru servizz ekwivalenti ma humiex fondati. L-ewwel nett, għandu jiġi nnutat f’dan ir-rigward li jidher li, matul il-proċedura amministrattiva, la r-rikorrenti u lanqas ebda parti terza oħra ma esprimew l-iżgħar tħassib fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerti ktajjen ta’ RIC fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liċenzji offerti min TR. Fil-fatt, l-uniċi ktajjen ta’ RIC li fir-rigward tagħhom huma esprimew tħassib matul il-proċedura amministrattiva kienu l-indiċijiet u, konfermement mal-klawżola li tidher fil-paragrafu 2.8 tal-impenji definittivi u mal-klawżola li tidher fil-paragrafu 1.6 tal-ERL, TR hija obbligata li tipprovdi data dwar l-indiċijiet. It-tieni nett, mill-proċess jirriżulta li r-raġuni għala d-data pprovduta minn TR tista’, f’ċerti każijiet, ma tindikax il-kodiċi mnemoniku mogħti mill-Borża u li dan il-kodiċi ma jikkostitwixxix l-uniku mod ċert ta’ identifikazzjoni ta’ strument upstream mis-sors tiegħu. Madankollu, strumenti finanzjarji relativament sempliċi bħalma huwa l-valuri kkwotati fil-Borża jistgħu jiġu identifikati permezz jew tal-pjattaforma ta’ negozju kkonċernata, il-valuta jew il-kodiċi uffiċjali, jew permezz il-pjattaforma ta’ negozju kkonċernata, il-valuta u d-deskrizzjoni tagħhom. TR hija obbligata li tipprovdi din l-informazzjoni lill-proprjetarji tal-ERL, konformement mal-klawżola li tidher fil-paragrafu 2.12 tal-impenji definittivi. Dan jgħodd bl-istess mod għall-istrumenti finanzjarji iktar kumplessi, bħal dawk innegozzjati OTC, li għalihom TR hija obbligata li tipprovdi l-kodiċi mnemoniku mogħti mill-Borża jekk huwa l-uniku mezz li bih jistgħu jiġu identifikati b’mod uniku. |
71 |
Barra minn hekk, apparti mill-proċedura ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, evokata fil-punt 13 iktar ’il fuq, li fiha l-mandatarju inkarigat mill-moniteraġġ tal-impenji għandu rwol partikolari, il-klawżola fil-paragrafu 6(f) tal-Anness V tal-impenji definittivi tipprevedi espliċitament li l-imsemmi mandatarju għandu jikkontribwixxi sabiex jiġu riżolti kwalunkwe tilwim marbut mat-talbiet ta’ data li jirrigwardaw l-informazzjoni trasversali pprovduta minn TR. Għalhekk, jekk il-kodiċi mnemoniku mogħti mill-Borża huwa effettivament l-uniku mezz sabiex tiġi identifikata b’mod uniku id-data tas-suq f’ħin reali sottostanti, il-mandatarju inkarigat tal-moniteraġġ jkun f’qagħda li jinformaha lil TR dwar dan. |
72 |
Fl-aħħar nett, il-kwistjoni ta’ jekk, fid-deċiżjoni kkontestata l-impenji proposti minn TR ġew evalwati korrettament bħala ta’ natura li jxejnu t-tħassib tal-Kummissjoni, għandha tingħata tweġiba fl-affermattiv. Il-motiv skont liema d-deċiżjoni hija vvizzjata b’żball manifest ta’ evalwazzjoni għandu jiġi miċħud. |
73 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-konstatazzjoni tar-rikorrenti skont liema, sal-lum, ebda bdil ta’ fornitur ma seħħ, għaldaqstant din hija indikazzjoni li l-impenji ma kinux effettivi, għandu jiġi nnutat li l-eżaminatur tal-Kummissjoni, bħalma huwa l-każ fil-proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi, huwa eżami prospettiv. Hija msejħa li tieħu deċiżjoni li għandha n-natura ta’ previżjoni u li twassal għal evalwazzjoni ta’ kif se jimxi s-suq fil-futur meta l-impenji jiġu implementati. Għalhekk, kif diġà ġie rrilevat, il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha skont liema l-impenji definittivi huma xierqa sabiex jindirizzaw it-tħassib espress. Indipendentement mir-risposta għall-kwistjoni ta’ jekk l-impenji definittivi jipproduċuwx, sadanittant, effett konkret fuq is-suq ikkonċernat, hija ma tistax tbiddel il-fatt, fil-mument meta adottat id-deċiżjoni kkontestata, kienu minnhom infushom suffiċjenti sabiex ixejnu l-problemi ta’ kompetizzjoni identifikati. |
74 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-impenji definittivi kif aċċettati mill-Kummissjoni jiffaċilitaw bdil ta’ fornitur, jekk din kienet mixtieqa minn klijent ta’ TR. Madankollu, din il-faċilitazzjoni ma timplikax li klijent jibdel neċessarjament il-fornitur, pereżempju, jekk dan il-klijent ikun issodisfatt bis-servizzi u l-kundizzjonijiet offerti minn TR. |
75 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud. |
Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003
76 |
Ir-rikorrenti tammetti li l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 jawtorizza lill-Kummissjoni li taċċetta l-impenji meta l-imsemmija impenji jippermettu li jiġi indirizzat it-tħassib espress minn din tal-aħħar. Madankollu, hija ma hijiex awtorizzata li taċċetta l-impenji li b’mod manifest ma jippermettux li jiġu indirizzati – jew li jillimitaw sinjifikattivament – it-tħassib espress. Bl-aċċettazzjoni tal-impenji li manifestament ma jindirizzawx it-tħassib espress, il‑Kummissjoni aġixxiet lil hinn mis-setgħat mogħtija lilha taħt l-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament, u għaldaqstant aġixxiet ultra vires. |
77 |
Il‑Kummissjoni u l-intervenjenti jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud. |
78 |
Kif diġà ġie rrilevat fil-punt 40 iktar ’il fuq, il‑Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha setgħa diskrezzjonali fl-eżami tal-impenji. Fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, kif jirriżulta mill-premessa 13 tal-imsemmi regolament, il-Kummissjoni hija meħlusa mill-obbligu li tikklassifika u li tikkonstata ksur, peress li r-rwol tagħha huwa limitat għall-eżami, u għall-aċċettazzjoni eventwali, ta’ impenji proposti mill-impriżi kkonċernati, fid-dawl tal-problemi li hija identifikat fl-evalwazzjoni preliminari tagħha u fir-rigward tal-għanijiet tagħha. Hija l-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħha, li għandha taċċetta l-impenji wara li tkun ivverifikat jekk jindirizzawx it-tħassib espress. F’dan ir-rigward, diġà ġie kkonstatat li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha fir-rigward tan-natura suffiċjenti tal-impenji inkwistjoni b’tali mod li l-argument skont liema, bl-aċċettazzjoni tagħhom, hija tkun aġixxiet lil hinn mill-kompetenza tagħha u, minħabba dan il-fatt, tkun aġixxiet ultra vires, għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, iċ-ċaħda tal-ewwel motiv jirriżulta wkoll fiċ-ċaħda tat-tieni. |
Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta ’ proporzjonalità
79 |
Ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata tikkawża preġudizzju għall-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li, l-ewwel nett, il-Kummissjoni aċċettat l-impenji mhux xierqa u, it-tieni nett, li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-interessi tal-partijiet terzi. |
80 |
B’riferiment għas-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2007, Alrosa vs Il‑Kummissjoni (T‑170/06, EU:T:2007:220), u għas-sentenza mogħtija fuq appell tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Alrosa (C‑441/07, EU:C:2010:377), ir-rikorrenti ssostni li l-obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrendi vinkolanti l-impenji offerti skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003 jimplika li l-miżura adottata minn din tal-aħħar hija xierqa u neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq. Bl-aċċettazzjoni tal-impenji mhux xierqa, il‑Kummissjoni għaldaqstant kisret dan il-prinċipju. |
81 |
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità nkiser ukoll minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ effikaċja prevedibbli u prevista tal-impenji minkejja t-tħassib espress mill-partijiet terzi, kif diġà ġie spjegat fil-kuntest tal-ewwel motiv. |
82 |
Il‑Kummissjoni u l-intervenjenti jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud. |
83 |
Għandu jiġi kkonstatat li mir-risposta għall-ewwel żewġ motivi jirriżulta li t-tielet motiv għandu jiġi miċħud ukoll. |
84 |
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jitlob li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxa, fid-dawl tal-fatt li, meta jkun hemm għażla bejn numru ta’ miżuri xierqa, għandha tingħażel dik li hija l-inqas vinkolanti (is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 1984, Denkavit Nederland, 15/83, EU:C:1984:183, punt 25, u tal‑11 ta’ Lulju 1989, Schräder HS Kraftfutter, 265/87, EU:C:1989:303, punt 21). |
85 |
Bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jikkostitwixxi kriterju tal-legalità ta’ kull att tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan, fil-kuntest tal-eżami tal-azzjonijiet mibdija mill-Kummissjoni, iqumu dejjem il-kwistjonijiet, minn naħa, tal-portata u tal-limiti eżatti tal-obbligi li jirriżultaw mill-osservanza ta’ dan il-prinċipju u, min-naħa l-oħra, tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Alrosa, C‑441/07, EU:C:2010:377, punti 36 u 37). |
86 |
Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt iktar ’il fuq, l-implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 jillimita ruħu għall-verifika li, minn naħa waħda, l-impenji inkwistjoni jindirizzaw it-tħassib li hija espremiet lill-impriżi kkonċernati u li, min-naħa l-oħra, dawn tal-aħħar ma offrewx impenji inqas vinkolanti li jindirizzaw b’mod adegwat ukoll dan it-tħassib. |
87 |
Bl-istess mod, l-istħarriġ ġudizzjarju jirrigwarda unikament il-kwistjoni ta’ jekk l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hijiex manifestament żbaljata. |
88 |
Għalhekk, fil-kuntest tal-ewwel motiv, diġà ġie rrilevat li l‑Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ikkunsidrat li l-impenji definittivi proposti minn TR kienu kapaċi jindirizzaw it-tħassib li hija identifikat fl-evalwazzjoni preliminari. |
89 |
Barra minn hekk, jekk l-impriżi joffru impenji abbażi tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 li jmorru lil hinn minn dak li l-Kummissjoni stess setgħet timponilhom fid-deċiżjoni li kienet tadotta konfermement mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament wara eżami fil-fond, il‑Kummissjoni tista’ taċċettahom u tirrendihom vinkolanti. Madankollu, hija ma hijiex awtorizzata li teżiġihom b’applikazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003. |
90 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li t-tielet motiv għandu jiġi miċħud. |
Fuq ir-raba ’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta ’ motivazzjoni
91 |
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tispjegax b’liema mod l-impenji definittivi jindirizzaw b’mod adegwat it-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni li TR ġiet informata bih fl-evalwazzjoni preliminari, sa fejn dawn l-impenji ma jawtorizzawx lill-fornituri ta’ provvista ta’ data f’ħin reali kompetituri sabiex jikkonkludu kuntratt ta’ TPDL. |
92 |
Ir-rikorrenti tfakkar dwar dan is-suġġett li, diversi drabi matul il-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata, hija indikat lill-Kummissjoni li l-fatt ta’ esklużjoni tal-kompetituri tal-liċenzji previsti fl-impenji ttellef lil dawn tal-aħħar l-effikaċja tagħhom. Fil-paragrafu 6.3 tad-deċiżjoni kkontestata, il‑Kummissjoni tinnota li ġie mqajjem tħassib f’dan is-sens, iżda hija ma tispjegax ir-raġunijiet għala dik il-kritika ma tteħditx inkunsiderazzjoni. |
93 |
Il‑Kummissjoni u l-intervenjenti jikkontestaw l-argumenti tar-rikorrenti. |
94 |
Għandu jiġi kkonstatat li, skont ir-rikorrenti, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma tippermettilux li jifhem ir-raġunijiet li għalihom il‑Kummissjoni kkonkludiet li l-esklużjoni ta’ kompetituri mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenji ma tikkontestax in-natura adegwata ta’ dawn l-impenji. |
95 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni rikjesta mill-Artikolu 296 TFUE għandha tkun adatta għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament segwit mill-istituzzjoni li tkun adottat l-att b’tali mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u lill-qorti kompetenti li teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari skont il-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li jkollhom id-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-kliem tagħha, iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenzi tat-2 ta’ April 1998, Il‑Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France,C‑367/95 P, EU:C:1998:154, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-10 ta’ Lulju 2008, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala, C‑413/06 P, EU:C:2008:392, punti 166 u 178 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
96 |
Il‑Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-persuni kkonċernati, iżda huwa suffiċjenti li tesponi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi ta’ importanza essenzjali fl-iskema ġenerali tad-deċiżjoni. B’mod partikolari hija ma għandhiex obbligu tieħu pożizzjoni fuq l-elementi li huma manifestament barra minn dak propost, irrilevanti jew nieqsa minn tifsira jew kjarament ta’ importanza sekondarja (is-sentenzi tal-15 ta’ Ġunju 2005, Corsica Ferries France vs Il‑Kummissjoni, T‑349/03, EU:T:2005:221, punt 64, u tas-16 ta’ Ġunju 2011, Air liquide vs Il‑Kummissjoni, T‑185/06, EU:T:2011:275, punt 64). |
97 |
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jirrendu vinkolanti l-impenji meħuda skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, il‑Kummissjoni ssodisfat l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi esponiet l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li wassluha li tikkonkludi li l-impenji offerti jindirizaw b’mod adegwat it-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni li hija identifikat b’mod li ma kienx hemm iktar lok għaliha li taġixxi. |
98 |
F’dan il-każ, il-premessi 48 sa 90 (paragrafi 5.1. sa 6.7) tad-deċiżjoni kkontestata huma ddedikati għall-impenji proposti minn TR u għar-reazzjonijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-imsemmija impenji. |
99 |
Minn dan jirriżulta li l‑Kummissjoni spjegat, minn naħa waħda, ir-raġunijiet li għalihom l-impenji jindirizzaw it-tħassib espress u, min-naħa l-oħra, billi rrispondiet għall-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi, peress li l-kwistjonijiet indirizzati fl-imsemmija osservazzjonijiet li kienu jmorru lil hinn mit-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni espress fl-evalwazzjoni preliminari (il-premessi 77, 84, 86 u 89 tad-deċiżjoni kkontestata). F’dak li jirrigwarda b’mod iktar speċifiku l-kritika fformulata mir-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li l-premessa 77 tad-deċiżjoni kkontestata tirreferi għall-fatt li ċerti partijiet terzi ikkunsidraw li l-kompetituri għandu jkollhom aċċess għar-RIC peress li huma jkunu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jipprovdu t-tabelli ta’ korrelazzjoni kif ukoll l-assistenza teknika. Mill-premessa 78 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l‑Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li jingħata l-aċċess għar-RIC lill-kompetituri ta’ TR imur lil hinn minn dak li kien neċessarju sabiex jindirizza t-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni. Fil-premessa 79 tad-deċiżjoni kkontestata, żdied li, “skont l-impenji proposti, l-iżviluppaturi terzi se jkunu awtorizzati li jipprovdu d-data tas-suq kompetitriċi mad-data ta’ referenza deskrittiva marbuta mar-RIC (iżda mhux ir-RIC bħala tali) meta l-iżviluppaturi terzi ma jkunx irnexxilhom iwettqu huma nfushom sistema ta’ korrelazzjoni sħiħa” u li “dan l-iskambju ta’ informazzjoni jippermetti lill-fornituri kompetituri li jagħmlu korrelazzjoni mas-simboli ta’ referenza tagħhom stess li jippermetti lil żviluppatur terz li jiżviluppa korrelazzjoni eżatta u effiċjenti”. |
100 |
Minn dawn l-osservazzjonijiet jirriżulta li l-Kummissjoni ssodisfat l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi esponiet, b’mod ċar u inekwivoku, il-punti ta’ fatt u l-kunsiderazzjonijiet legali li wassluha sabiex tikkonstata li l-probabbiltà li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur tal-impenji suffiċjenti sabiex jiġi indirizzat it-tħassib espress fil-qasam tal-kompetizzjoni. Peress li dawn il-preċiżazzjonijiet jippermettu lill-Qorti Ġenerali teżerċita stħarriġ effettiv fir-rigward tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha fid-deċiżjoni kkontestata, għandu jiġi konkluż li d-deċiżjoni kkontestata hija suffiċjentement motivata f’dan ir-rigward. |
101 |
Barra minn hekk, jekk il‑Kummissjoni għandha l-obbligu li timmotiva d-deċiżjoni li tadotta, hija ma hijiex obbligata li tispjega għaliex hija ma adottatx deċiżjoni differenti (ara, f’dan is-sens, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 95 u 96). |
102 |
Barra minn hekk, sa fejn l-argument tar-rikorrenti jista’ jiġi mifhum li huwa intiż bħala kritika tan-natura xierqa tal-impenji definittivi, għandu jitfakkar li tali kwistjoni ma taqax taħt il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali li jistgħu jirrendu illegali id-deċiżjoni kkontestata, iżda tal-eżami tal-fondatezza tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni fuq l-impenji offerti bil-għan li jiġi indirizzat it-tħassib tagħha fil-qasam tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-2 ta’ April 1998, Il‑Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, C‑367/95 P, EU:C:1998:154, punt 67), kwistjoni li ġiet diġà indirizzata fil-kuntest tal-ewwel, it-tieni u t-tielet motivi ta’ dan ir-rikors. |
103 |
Minn dan isegwi, li r-raba’ motiv, u għaldaqstant ir-rikors fl-intier tiegħu, għandhom jiġu miċħuda. |
Fuq l-ispejjeż
104 |
Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk tkun saret talba f’dan is-sens. |
105 |
Peress illi r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, skont it-talbiet tal-Kummissjoni u tal-intervenjenti. |
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Gratsias Kancheva Wetter Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-15 ta’ Settembru 2016. Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.