Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0767

    Kawża T-767/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Lulju 2017 – Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn vs CPVO – Artevos (Oksana) (Varjetajiet ta’ pjanti — Pprotezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti — Applikazzjoni għall-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ta’ lanġas Oksana — Oġġezzjonijiet — Ċaħda tal-applikazzjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO — Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 — Rriġinalità ta’ varjetà li għaliha tkun saret applikazzjoni — Assenza ta’ prova”)

    ĠU C 283, 28.8.2017, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 283/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Lulju 2017 – Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn vs CPVO – Artevos (Oksana)

    (Kawża T-767/14) (1)

    ((Varjetajiet ta’ pjanti - Pprotezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti - Applikazzjoni għall-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ta’ lanġas Oksana - Oġġezzjonijiet - Ċaħda tal-applikazzjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO - Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 - Rriġinalità ta’ varjetà li għaliha tkun saret applikazzjoni - Assenza ta’ prova”))

    (2017/C 283/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Jonker, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentant: F. Mattina, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Artevos GmbH (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, W. R. Kunze, avukati, u B. Schnell, solicitor)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO: Dachverband Kulturpflanzen- u Nutztiervielfalt eV (Bielefeld, il-Ġermanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-2 ta’ Lulju 2014 (Każ A 007/2013), dwar l-għoti tad-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ lanġas Oksana.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn BV għandha tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 46, 9.2.2015.


    Top