Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0758

    Kawża T-758/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Karti b’ċirkwit integrat — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Drittijiet tad-difiża — Ksur minħabba l-għan — Prova — Preskrizzjoni — Ksur uniku u kontinwat — Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Valur tal-bejgħ”)

    ĠU C 38, 6.2.2017, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-758/14) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Karti b’ċirkwit integrat - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Drittijiet tad-difiża - Ksur minħabba l-għan - Prova - Preskrizzjoni - Ksur uniku u kontinwat - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Valur tal-bejgħ”))

    (2017/C 038/34)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Infineon Technologies AG (Neubiberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Brinker, U. Soltész u P. Linsmeier, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, A. Dawes, J. Norris Usher u P. Van Nuffel, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6250 finali, tat-3 ta’ Settembru 2014, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT.39574 – Karti b’ċirkwit integrat), u, sussidjarjament, għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Infineon Technologies AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 107, 30.3.2015.


    Top