Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0754

    Kawża T-754/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2017 – Efler et vs Il-Kummissjoni [ “Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej — Sħubija Transatlantika fil-qasam tal-Kummerċ u tal-Investimenti — Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv — Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni — Proposta ta’ att legali għall-finijiet tal-implementazzjoni tat-Trattati — Artikolu 11(4) TUE — Artikolu 2(1) u Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 — Ugwaljanza fit-trattament”]

    ĠU C 202, 26.6.2017, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 202/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2017 – Efler et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-754/14) (1)

    ([ “Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Sħubija Transatlantika fil-qasam tal-Kummerċ u tal-Investimenti - Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv - Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni - Proposta ta’ att legali għall-finijiet tal-implementazzjoni tat-Trattati - Artikolu 11(4) TUE - Artikolu 2(1) u Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 - Ugwaljanza fit-trattament”])

    (2017/C 202/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Michael Efler (Berlin, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness fis-sentenza (rappreżentant: B. Kempen, professur)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Laitenberger u H. Krämer, sussegwentement H. Krämer, u fl-aħħar nett H. Krämer u F. Erlbacher, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6501 finali, tal-10 ta’ Settembru 2014, li tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Stop TTIP”.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6501 finali, tal-10 ta’ Settembru 2014, li tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Europej intitolata “Stop TTIP” hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Michael Efler u mir-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 34, 2.2.2015.


    Top