Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0638

    Kawża T-638/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2016 – Frinsa del Noroeste vs EUIPO – Frisa Frigorífico Rio Doce (FRISA) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FRISA — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Frinsa — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Produzzjoni ta’ fatti u ta’ provi ġodda insostenn tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali — Setgħa ta’ bidla — Artikolu 42(2) u (3), Artikolu 65 u l-aħħar parti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 22(2) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

    ĠU C 191, 30.5.2016, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2016 – Frinsa del Noroeste vs EUIPO – Frisa Frigorífico Rio Doce (FRISA)

    (Kawża T-638/14) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FRISA - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Frinsa - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Produzzjoni ta’ fatti u ta’ provi ġodda insostenn tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali - Setgħa ta’ bidla - Artikolu 42(2) u (3), Artikolu 65 u l-aħħar parti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 22(2) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

    (2016/C 191/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Frinsa del Noroeste, SA (Santa Eugenia de Ribeira, Spanja) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Frisa Frigorífico Rio Doce, SA (Espírito Santo, il-Brażil)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Lulju 2014 (Każijiet magħquda R 1547/2013-4 u R 1851/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Frinsa del Noroeste, SA u Frisa Frigorífico Rio Doce, SA.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-1 ta’ Lulju 2014 (Każijiet magħquda R 1547/2013-4 u R 1851/2013-4), hija annullata.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


    Top