Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0574

    Kawża T-574/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2018 – EAEPC vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Kummerċ parallel ta’ prodotti mediċinali — Ftehim li jagħmel distinzjoni bejn il-prezzijiet iffatturati għall-bejgħ mill-ġdid fi Spanja u l-prezzijiet iffatturati fil-każ ta’ esportazzjoni lejn Stati Membri oħra — Talba għal eżami mill-ġdid ta’ lment wara sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali — Artikolu 266 TFUE — Ċaħda ta’ lment — Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni — Waqfien tal-prattika antikompetittiva — Assenza ta’ effetti antikompetittivi persistenti — Teħid ta’ konjizzjoni tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru — Obbligi marbuta ma’ investigazzjoni ta’ lment — Artikolu 105 TFUE — Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Drittijiet proċedurali ta’ lanjant — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2018 – EAEPC vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-574/14) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Kummerċ parallel ta’ prodotti mediċinali - Ftehim li jagħmel distinzjoni bejn il-prezzijiet iffatturati għall-bejgħ mill-ġdid fi Spanja u l-prezzijiet iffatturati fil-każ ta’ esportazzjoni lejn Stati Membri oħra - Talba għal eżami mill-ġdid ta’ lment wara sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali - Artikolu 266 TFUE - Ċaħda ta’ lment - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni - Waqfien tal-prattika antikompetittiva - Assenza ta’ effetti antikompetittivi persistenti - Teħid ta’ konjizzjoni tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru - Obbligi marbuta ma’ investigazzjoni ta’ lment - Artikolu 105 TFUE - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Drittijiet proċedurali ta’ lanjant - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2018/C 427/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: European Association of Euro-Pharmaceutical Companies (EAEPC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, L. Ortiz Blanco, Á. Givaja Sanz u M. Araujo Boyd, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, F. Jimeno Fernández u C. Vollrath, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: GlaxoSmithKline plc (Brentford, ir-Renju Unit) u GlaxoSmithKline SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalement I. S. Forrester, QC, u A. Komninos, avukat, sussegwentement A. Komninos)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kumissjoni C(2014) 3654 finali tas-27 ta’ Mejju 2014, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti dwar ksur tal-Artikolu 101 TFUE allegatament imwettaq minn Glaxo Wellcome SA (Każ COMP/AT.36957 – Glaxo Wellcome)

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kull waħda mill-partijiet għandha tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 409, 17.11.2014


    Top