Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62014TA0402

    Kawża T-402/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – FCC Aqualia vs UASI – Sociedad General de Aguas de Barcelona (AQUALOGY) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AQUALOGY — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUALIA u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti aqualia — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

    ĠU C 118, 4.4.2016, p. 25/26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – FCC Aqualia vs UASI – Sociedad General de Aguas de Barcelona (AQUALOGY)

    (Kawża T-402/14) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AQUALOGY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUALIA u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti aqualia - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

    (2016/C 118/27)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: FCC Aqualia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda de Sousa, N. González Alberto Rodríguez u C. Sueiras Villalobos, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u J. Crespo Carrillo, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA (Barcelona, Spanja) rappreżentani: J. Grau Mora, C. Viola Zendrera u A. Torrente Tomás, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1209/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA u FCC Aqualia, SA.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    FCC Aqualia, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


    Arriba