Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 62014TA0341
Case T-341/14: Judgment of the General Court of 28 January 2016 — Klyuyev v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures adopted in view of the situation in Ukraine — Freezing of funds — List of persons, entities and bodies covered by the freezing of funds and economic resources — Inclusion of the applicant’s name — Proof that inclusion on the list is justified)
Kawża T-341/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Klyuyev vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista”)
Kawża T-341/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Klyuyev vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista”)
ĠU C 98, 14.3.2016., 37—38. o.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Klyuyev vs Il-Kunsill
(Kawża T-341/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista”))
(2016/C 098/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sergiy Klyuyev (Donetsk, l-Ukraiana) (rappreżentanti: R. Gherson u T. Garner, solicitors, u B. Kennelly, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera San Miguel Hurtado u J.-P. Hix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876, tal-5 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119, (ĠU L 142, p. 30), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/869, tal-5 ta’ Ġunju 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU L 142, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent huwa iskritt fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Sergiy Klyuyev kien iskritt fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sergiy Klyuyev fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fir-rikors. |
4) |
Sergiy Klyuyev huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament tat-talbiet. |
5) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |