EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0198

Kawża T-198/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – 100 % Capri Italia vs EUIPO – IN.PRO.DI (100 % Capri) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 100 % Capri — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CAPRI — Raġuni relattiva għal rifjut — Karattru distintiv — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 191, 30.5.2016, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – 100 % Capri Italia vs EUIPO – IN.PRO.DI (100 % Capri)

(Kawża T-198/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 100 % Capri - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CAPRI - Raġuni relattiva għal rifjut - Karattru distintiv - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 191/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: 100 % Capri Italia Srl (Capri, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Inghirami produzione distribuzione SpA (IN.PRO.DI), li qabel kienet Cantoni ITC SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: V. Piccarreta u M. Franzosi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-10 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2122/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Inghirami produzione distribuzione SpA (IN.PRO.DI) u 100 % Capri Italia Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

100 % Capri Italia Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


Top