Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0102

    Kawża F-102/14: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs UASI

    ĠU C 7, 12.1.2015, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/51


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs UASI

    (Kawża F-102/14)

    (2015/C 007/61)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Heinrich Tettenborn)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tiġi applikata l-klawsola li tinsab fil-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti, li tipprevedi t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti fil-każ li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-proċedura ta’ selezzjoni ġenerali li jmiss organizzata mill-EPSO għall-grupp funzjonali tiegħu li jispeċjalizza fil-proprjetà industrijali, għall-proċeduri ta’ selezzjoni OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/02/13, u talba għad-danni morali sostnuti minħabba din id-deċiżjoni.

    Talbiet

    jannulla d-deċiżjoni tal-UASI, mibgħuta lir-rikorrenti permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Novembru 2003, li tiġi applikata l-klawsola li tinsab fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti, li tipprevedi t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti fil-każ li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-proċedura ta’ selezzjoni ġenerali li jmiss organizzata mill-EPSO għall-grupp funzjonali tiegħu li jispeċjalizza fil-proprjetà industrijali, għall-proċeduri ta’ selezzjoni OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/02/13, ippubblikati fil-31 ta’ Ottubru 2013;

    tikkundanna lill-UASI għall-ħlas ta’ danni lir-rikorrenti f’ammont xieraq stabbilit mit-Tribunal għad-danni morali kkawżati mid-deċiżjoni tal-UASI msemmija fl-ewwel paragrafu tar-rikors; u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


    Top