Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0042

    Kawża F-42/14: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 212, 7.7.2014, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 212/45


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-42/14)

    2014/C 212/58

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ssanzjonat billi jitniżżel bi tliet skali minħabba ksur tar-regoli antikumulu tal-allowances tal-familja nazzjonali u dawk li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-24 ta’ Ġunju 2013, li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni ta’ tniżżil bi tliet skali;

    sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fl-24 ta’ Jannar 2014 u nnotifikata lir-rikorrent fis-27 ta’ Jannar 2014, li tiċħad l-ilment ta’ dan tal-aħħar;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    Top