Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0583

    Kawża C-583/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit- 18 ta’ Diċembru 2014 – Nagy vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság

    ĠU C 96, 23.3.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 96/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Nagy vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság

    (Kawża C-583/14)

    (2015/C 096/04)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Benjámin Dávid Nagy

    Konvenut: Vas Megyei Rendőr-főkapitányság

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 18 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bħal fil-każ ta’ dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistabbilixxi bħala regola ġenerali li jistgħu jiċċirkulaw fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru biss il-vetturi bil-mutur li għandhom awtorizzazzjoni amministrattiva u pjanċi ta’ reġistrazzjoni pprovduti minn dan l-Istat, li skont din persuna li ma hijiex ħaddiem fis-sens tad-dritt tal-Unjoni u li tirrisjedi f’dan l-istess Stat Membru għandha, jekk hija tixtieq tinvoka eċċezzjoni għal din ir-regola minħabba li l-vettura li hija tuża kienet ġiet ipprovduta lilha minn operatur ekonomiku li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor, tkun fil-pożizzjoni li tipprovdi fil-post, matul kontroll tal-pulizija, li hija kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, taħt piena li tiġi immedjatament imposta, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li l-ammont tagħha jikkorrispondi ma’ dak tal-multa applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni?

    2)

    L-Artikolu 20(2)(a) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bħal fil-każ ta’ dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistabbilixxi bħala regola ġenerali li jistgħu jiċċirkulaw fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru biss il-vetturi bil-mutur li għandhom awtorizzazzjoni amministrattiva u pjanċi ta’ reġistrazzjoni pprovduti minn dan l-Istat, li skont din persuna li ma hijiex ħaddiem fis-sens tad-dritt tal-Unjoni u li tirrisjedi f’dan l-istess Stat Membru għandha, jekk hija tixtieq tinvoka eċċezzjoni għal din ir-regola minħabba li l-vettura li hija tuża kienet ġiet ipprovduta lilha minn operatur ekonomiku li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor, tkun fil-pożizzjoni li tipprovdi fil-post, matul kontroll tal-pulizija, li hija kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, taħt piena li tiġi immedjatament imposta, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li l-ammont tagħha jikkorrispondi ma’ dak tal-multa applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni?


    Top