Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0520

    Kawża C-520/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 18 ta’ Novembru 2014 – Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën

    ĠU C 56, 16.2.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 56/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Novembru 2014 – Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-520/14)

    (2015/C 056/06)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën

    Domandi preliminari

    1)

    Il-parti inizjali tal-Artikoli 2(1), l-Artikolu 2(1)(ċ) u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Komun għandu jiġi kklassifikat bħala persuna taxxabbli fis-sens ta’ din id-direttiva fir-rigward tat-trasport skolastiku, minħabba regolament komunali bħal dak deskritt fit-talba għal deċiżjoni preliminari?

    2)

    Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni r-regolament komunali kollu jew għandha ssir evalwazzjoni separata għal kull servizz ta’ trasport ipprovdut?

    3)

    Fil-każ li kull evalwazzjoni għandha ssir separatament, għandha ssir dintinzjoni bejn it-trasport ta’ studenti fuq distanza ta’ bejn 6 u 20 kilometru u dak fuq distanza ta’ iktar minn 20 kilometru?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


    Top