This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0496
Case C-496/14: Request for a preliminary ruling from the Tribunalul Sibiu (Romania) lodged on 6 November 2014 — The Romanian State v Tamara Văraru and Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării
Kawża C-496/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis- 6 ta’ Novembru 2014 – Stat Rumen vs Tamara Văraru, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
Kawża C-496/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis- 6 ta’ Novembru 2014 – Stat Rumen vs Tamara Văraru, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
ĠU C 46, 9.2.2015, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Novembru 2014 – Stat Rumen vs Tamara Văraru, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
(Kawża C-496/14)
(2015/C 046/27)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stat Rumen
Konvenuti: Tamara Văraru, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 20, 21(1), 24(1), 34(1) u (2) u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 111/2010 li jipprevedi differenzi fit-trattament bejn it-tieni, it-tielet, u trabi oħrajn sussegwenti mwielda minn tqala multipla, l-ewwel tarbija mwielda minn tqala multipla, kif ukoll it-trabi mwielda minn tqala sempliċi?
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).