Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0330

    Kawża C-330/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit- 8 ta’ Lulju 2014 – Szemerey Gergely vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

    ĠU C 303, 8.9.2014, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Lulju 2014 – Szemerey Gergely vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

    (Kawża C-330/14)

    2014/C 303/37

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Szemerey Gergely

    Konvenut: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

    Domandi preliminari

    1)

    Il-prinċipju ta’ flessibbiltà u ta’ possibbiltà ta’ emenda fis-sens tal-premessa 20 tar-Regolament 796/2004/KE (1), tal-premessa 27 tal-istess regolament, jew tal-premessi 18, 23 u 26 tar-Regolament 1122/2009/KE (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi, fil-każ ta’ produzzjoni ta’ speċi veġetali rari, li mat-talba ta’ ħlas jiġi anness ċertifikat li jikkonċerna l-pjanta rari tmur kontra dawn tal-aħħar, fid-dawl tal-prassi amministrattiva li tippermetti li jintalab ċertifikat biss qabel ma titressaq it-talba ta’ ħlas, bejn it-2 u l-15 ta’ April, u li tippermetti li dan iċ-ċertifikat jiġi anness biss fl-istess waqt tat-tressiq tat-talba unika, u li din il-leġiżlazzjoni ma tippermettix li jiġi korrett l-iżball li jivvizzja t-talba li jirriżulta mill-assenza taċ-ċertifikat?

    2)

    Din id-dispożizzjoni hija kompatibbli mal-obbligu li għandhom l-Istati Membri li ma jikkompromettux l-għanijiet tal-politika agrikola komuni, jew jista’ wieħed isostni li t-talbiet ta’ għajnuna tal-produtturi ta’ pjanti rari taħt l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni saru impossibbli, eċċessivament diffiċli jew imprevedibbli fl-2010, meta nbidlet il-leġiżlazzjoni [emenda introdotta permezz tal-Artikolu 43(6) tad-digriet ministerjali FVM 61/2009 (V. 14.), implementata permezz tad-digriet ministerjali FVM 31/2010 (III. 30.)]?

    3)

    Il-prassi amministrattiva li tikkonsisti f’li tingħata sanzjoni minħabba dikjarazzjonijiet żejda, fin-nuqqas ta’ ċertifikat dwar pjanta rari, għat-talba kollha, mingħajr ma tiġi evalwata n-natura intenzjonali, in-negliġenza u ċ-ċirkostanzi, meta barra minn hekk it-talba ta’ ħlas tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ għajnuna għall-plot kollu, ġaladarba l-agrikoltur ikun qed jipproduċi l-pjanta ddikjarata fuq art iddikjarata, tmur kontra l-premessa 57 tar-Regolament 796/2004/KE, il-premessa 75 tar-Regolament 1122/2009/KE, u fuq kollox il-prinċipju ta’ proporzjonalità?

    4)

    Il-klawżoli ta’ eżenzjoni msemmija fil-premessi 67 u 71 tar-Regolament 796/2004/KE jew fil-premessa 75 tar-Regolament 1122/2009/KE huma applikabbli jekk l-agrikoltur jinvoka l-prassi amministrattiva kontradittorja u mhux konformi bħala ċirkustanza eċċezzjonali u jekk jipprova jistabbilixxi li t-tort tiegħu kien totalment jew parzjalment, ikkawżat mill-prassi tal-awtorità amministrattiva?

    5)

    In-notifika aċċettata ta’ każ ta’ forza maġġuri marbuta mat-telf tal-produzzjoni kollha (it-tiżrigħ) tal-agrikoltur tista’ tiġi kkunsidrata bħala informazzjoni korretta msemmija fil-premessa 67 tar-Regolament 796/2004/KE jew fil-premessa 93 tar-Regolament 1122/2009/KE, li jeżentaw lill-agrikoltur milli jannetti ċ-ċertifikat dwar il-koltivazzjoni ta’ pjanta rari, fejn it-talba kollha ma tkunx suġġetta għal sanzjonijiet?


    (1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, p. 65).


    Top