EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0306

Kawża C-306/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vărhoven administrativen săd (il-Bulgarija) fil- 25 ta’ Ġunju 2014 – Direktor na Agentsia “Mitnitsi” vs Biovet AD

ĠU C 303, 8.9.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vărhoven administrativen săd (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Direktor na Agentsia “Mitnitsi” vs Biovet AD

(Kawża C-306/14)

2014/C 303/33

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Vărhoven administrativen săd

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

Konvenuta: Biovet AD

Domandi preliminari

1)

X’tifsira għandha tingħata lill-kunċett ta’ “proċess ta’ manifattura” użat fid-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 27(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u dan il-kunċett ikopri t-tindif u/jew id-diżinfezzjoni bħala proċessi sabiex jintlaħqu standards speċifiċi ta’ ndafa li huma previsti fil-prassi għal manifattura tajba ta’ prodotti mediċinali?

2)

L-Artikolu 27(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, fil-każ ta’ eżenzjoni tal-alkoħol mis-sisa armonizzata rregolata mill-Istati Membri, meta dan l-akoħol jintuża fi proċess ta’ manifattura sakemm il-prodott finali ma jkollux l-alkoħol, jawtorizza l-introduzzjoni ta’ regola li tgħid li għall-implementazzjoni ta’ din l-eżenzjoni l-alkoħol użat għat-tindif ma huwiex ikkunsidrat bħala li jintuża fi proċess ta’ manifattura?

3)

Il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu l-introduzzjoni b’effett immedjat (jiġifieri mingħajr ma l-operaturi ekonomiċi jingħataw żmien raġonevoli sabiex jadattaw l-aġir tagħhom) ta’ dispożizzjoni legali bħal dik li hija stabbilita fl-Artikolu 22(7) ZADS, li tillimita l-eżenzjoni mis-sisa, li l-Istat Membru jkun introduċa b’mod diskrezzjonali, permezz tar-rimbors tagħha, fir-rigward tal-alkoħol użat għat-tindif?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206.


Top