EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0300

Kawża C-300/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl- 20 ta’ Ġunju 2014 – Imtech Marine Belgium NV vs Radio Hellenic SA

ĠU C 303, 8.9.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-20 ta’ Ġunju 2014 – Imtech Marine Belgium NV vs Radio Hellenic SA

(Kawża C-300/14)

2014/C 303/31

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Imtech Marine Belgium NV

Konvenuta: Radio Hellenic SA

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li ma jiġix applikat direttament ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati, jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 288 (verżjoni kkonsolidata) tat-Trattat tal-25 ta’ Marzu 1957 dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li:

il-leġiżlatur Belġjan ma ttrasponiex ir-regolament iċċitat iktar ’il fuq fil-leġiżlazzjoni Belġjana u

il-leġiżlatur Belġjan naqas – anki jekk il-leġiżlazzjoni Belġjana tipprevedi l-oppożizzjoni u l-appell – li jistabbilixxi proċedura ta’ eżami mill-ġdid?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda negattiva, peress li regolament (KE) huwa direttament applikabbli, x’għandu jinftiehem bil-kliem “eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni” fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 […]? Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ eżami mill-ġdid biss fil-każ fejn tkun ġiet iffirmata jew innotifikata taħrika jew att promotur bil-mod previst fl-Artikolu 14 tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, fi kliem ieħor mingħajr ma l-firma jew in-notifika tkun akkumpanjata minn prova li waslet? Billi tipprevedi l-oppożizzjoni skont l-Artikoli 1047 et seq tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan u l-appell skont l-Artikoli 1050 et seq tal-istess Kodiċi, il-leġiżlazzjoni Belġjana ma tagħtix biżżejjed garanziji sabiex tissodisfa l-kriterji tal-proċedura ta’ “eżami mill-ġdid” prevista fl-Artikolu 19(1) tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq?

3)

L-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan, li jippermetti li jiġu pprorogati t-termini ta’ skadenza msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 860, fl-Artikoli 55 u 1048 tal-istess Kodiċi f’każ ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi straordinarji indipendenti mill-volontà tal-persuna kkonċernata, jagħti protezzjoni biżżejjed skont l-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 […]?

4)

Iċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux ikkontestati huwa att tal-qorti li t-talba tiegħu għandha tiġi fformulata fl-att promotur? F’każ ta’ risposta affermattiva, il-qorti għandha tiċċertifika d-deċiżjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar, u r-Reġistratur għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar?

F’każ ta’ risposta negattiva, il-kompitu ta’ ċertifikazzjoni tad-deċiżjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar jista’ jaqa’ fuq ir-reġistratur?

5)

Fil-każ fejn iċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar ma tikkostitwixxix att tal-qorti, l-applikant – li ma jkunx uża l-att promotur sabiex jitlob l-Ordni Ewropew ta’ Infurzar – jista’ sussegwentement jitlob lir-reġistratur, wara li d-deċiżjoni tkun saret res judicata, sabiex jiċċertifika d-deċiżjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar?


(1)  ĠU L 143, p. 15.


Top