Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62014CJ0203
Judgment of the Court (Grand Chamber) of 6 October 2015.#Consorci Sanitari del Maresme v Corporació de Salut del Maresme i la Selva.#Request for a preliminary ruling from the Tribunal Català de Contractes del Sector Públic.#Reference for a preliminary ruling — Article 267 TFEU — Jurisdiction of the Court — Status of the referring body as a court or tribunal — Independence — Compulsory jurisdiction — Directive 89/665/EEC — Article 2 — Bodies responsible for review procedures — Directive 2004/18/EC — Articles 1(8) and 52 — Public procurement procedures — Meaning of ‘public entity’ — Public authorities — Inclusion.#Case C-203/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015.
Consorci Sanitari del Maresme vs Corporació de Salut del Maresme i la Selva.
Talba għal deċiżjoni preliminari imressqa minn null.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kwalità ta’ qorti jew tribunal tal-korp tar-rinviju – Indipendenza – Ġurisdizzjoni obbligatorja – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 2 – Istanzi responsabbli għall-proċeduri għat-tressiq ta’ kawża – Direttiva 2004/18/KE – Artikoli 1(8) u 52 – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Kunċett ta’ ‘entità pubblika’ – Amministrazzjonijiet pubbliċi – Inklużjoni.
Kawża C-203/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015.
Consorci Sanitari del Maresme vs Corporació de Salut del Maresme i la Selva.
Talba għal deċiżjoni preliminari imressqa minn null.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kwalità ta’ qorti jew tribunal tal-korp tar-rinviju – Indipendenza – Ġurisdizzjoni obbligatorja – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 2 – Istanzi responsabbli għall-proċeduri għat-tressiq ta’ kawża – Direttiva 2004/18/KE – Artikoli 1(8) u 52 – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Kunċett ta’ ‘entità pubblika’ – Amministrazzjonijiet pubbliċi – Inklużjoni.
Kawża C-203/14.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2015:664
*A9* Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, RESOLUCiÓN DE 25/03/2014 (962793)
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
6 ta’ Ottubru 2015 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kwalità ta’ qorti jew tribunal tal-korp tar-rinviju — Indipendenza — Ġurisdizzjoni obbligatorja — Direttiva 89/665/KEE — Artikolu 2 — Istanzi responsabbli għall-proċeduri għat-tressiq ta’ kawża — Direttiva 2004/18/KE — Artikoli 1(8) u 52 — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Kunċett ta’ ‘entità pubblika’ — Amministrazzjonijiet pubbliċi — Inklużjoni”
Fil-Kawża C‑203/14,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic (tribunal tal-Cataluña tal-kuntratti tas-settur pubbliku, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Marzu 2014, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ April 2014, fil-proċedura
Consorci Sanitari del Maresme
vs
Corporació de Salut del Maresme i la Selva,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, A. Tizzano, R. Silva de Lapuerta, T. von Danwitz, A. Ó Caoimh, J.-C. Bonichot, C. Vajda u, S. Rodin, Presidenti ta’ Awla, A. Arabadjiev, M. Berger (Relatur), E. Jarašiūnas, C. G. Fernlund, J. L. da Cruz Vilaça u F. Biltgen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,
Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-12 ta’ Mejju 2015,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għall-Gvern Spanjol, minn M. Sampol Pucurull, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Varone, avvocato dello Stato, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár u D. Loma‑Osorio Lerena, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-7 ta’ Lulju 2015,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1(8) u 52 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Consorci Sanitari del Maresme (Konsorzju tas-saħħa tad-distrett ta’ Maresme) u l-Corporació de Salut del Maresme i la Selva (Grupp ta’ servizzi tas-saħħa tad-distretti ta’ Maresme u ta’ la Selva) dwar deċiżjoni li rrifjutatlu l-awtorizzazzjoni għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti miftuħa għall-aġġudikazzjoni ta’ servizzi ta’ riżonanza manjetika għaċ-ċentri ta’ kura mmexxija minn dan tal-aħħar. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Il-premessa 41 tad-Direttiva 2004/18 tipprovdi: “Stati Membri għandhom jassiguraw illi l-parteċipazzjoni ta’ korpi rregolati mill-liġi pubblika bħal dak li jagħmel l-offerta fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ma jikkawżax tgħawiġ ta’ kompetizzjoni in konnessjoni ma’ dawk li jagħmlu l-offerti privatament.” |
4 |
L-Artikolu 1(8) ta’ din id-direttiva jipprovdi li: “It-termini ‘kuntrattur', ‘fornitur' u ‘min jipprovdi s-servizz' jfissru kull persuna naturali jew legali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawk il-persuni u/jew korpi li joffru fuq is-suq, rispettivament, l-esekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xi xogħol, prodotti, jew servizzi. It-terminu ‘operatur ekonomiku' se jkopri ugwalment il-kunċetti tal-kuntrattur, tal-fornitur u ta’ min jipprovdi s-servizz. Huwa wżat biss fl-interess tas-sempliċità. [...]” |
5 |
Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat “Prinċipji ta’ assenjar ta’ kuntratti”: “L-awtoritajiet kuntrattwali se jistmaw l-operaturi ekonomiċi ugwali u bla diskriminazzjoni u se jaġixxu b’mod trasparenti.” |
6 |
L-Artikolu 52 tad-Direttiva 2004/18 intitolat “Listi uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni minn korpi stabbiliti taħt liġi pubblika jew privata” jipprovdi li: “1. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew listi uffiċjali ta’ kuntratturi approvati, fornituri jew ta’ dawk li jipprovdu servizz, jew ċertifikazzjoni minn korpi ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti skont il-liġi li tirregola s-settur pubbliku jew is-settur privat. Stati Membri għandhom jadottaw il-kondizzjonijiet għal reġistrazzjoni fuq dawn il-listi u għall-ħruġ ta’ ċertifikati minn korp ċertifikanti skont il-disposizzjonijiet tal-Artikolu 45(1), l-Artikolu 45(2) (a) sa (d) u (g), l-Artikoli 46, l-Artikolu 47(1), (4) u (5), l-Artikolu 48(1), (2), (5) u (6), l-Artikolu 49 u, fejn xieraq, l-Artikolu 50. [...] 5. Għal kull reġistrazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħra f’lista uffiċjali jew għaċ-ċertifikazzjoni tagħhom mill-korpi li sar riferiment għaliha fil-paragrafu 1, m’hemmx ħtieġa ta’ aktar xiehda jew stqarrijiet għajr dawk mitluba minn operaturi ekonomiċi nazzjonali u, fi kull każ, dawk biss li sar disposizzjoni għalihom fl-Artikoli 45 sa 49 u, fejn xieraq, l-Artikolu 50. Madanakollu, operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra ma jistgħux ikunu obbligati jidħlu għal reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni bħal dawn sabiex jipparteċipaw f’kuntratt pubbliku. L-awtoritajiet kontrattwanti għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħra. Huma għandhom ukoll jaċċettaw mezzi ta’ prova oħra ekwivalenti. 6. L-operaturi ekonomiċi jistgħu fi kwalunkwe ħin japplikaw biex ikunu rreġistrati fuq lista uffiċjali jew biex jinħarġilhom ċertifikat. Huma għandhom ikunu mgħarrfa fi żmien raġonevolment qasir dwar id-deċiżjoni tal-awtorità li tfassal il-lista jew tal-korp kompetenti ta’ ċertifikazzjoni. [...]” |
7 |
L-Artikolu 2 tad‑Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246), kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 335, p. 31, iktar 'il quddiem id-“Direttiva 89/665”), jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda fir-rigward tal-proċeduri ta’ reviżjoni speċifikati fl-Artikolu 1 ikunu jinkludu dispożizzjoni għas-setgħat li:
2. Is-setgħat speċifikati fil-paragrafu 1 u l-Artikoli 2d u 2e jistgħu jingħataw lil korpi separati responsabbli minn aspetti differenti tal-proċedura ta’ reviżjoni. [...] 9. Fejn il-korpi responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni ma jkunux ta’ natura ġudizzjarja, għandhom dejjem jingħataw raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, f’każ bħal dan, għandha ssir dispożizzjoni biex ikunu garantiti proċeduri li bihom kwalunkwe miżura kontra l-liġi allegatament meħuda mill-korp ta’ reviżjoni, jew kwalunkwe difett allegat fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu, jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja jew reviżjoni minn korp ieħor li jkun qorti jew tribunal fis-sens ta’ l-Artikolu [267 TFUE], u indipendenti kemm mill-awtorità kontraenti kif ukoll mill-korp ta’ reviżjoni. Il-membri ta’ l-entita ndipendenti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinħatru u jispiċċaw il-kariga taħt l-istess kondizzjonijiet bħal membri tal-ġudikatura fir-rigward ta’ l-awtorità responsabbli għall-ħatra tagħhom, il-perjodu tal-mandat tagħhom, u t-tneħħija tagħhom. Tal-anqas il-President ta’ dan il-korp indipendenti għandu jkollu l-istess kwalifiki legali u professjonali bħall-membri tal-ġudikatura. Il-korp indipendenti għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu wara proċedura li fiha jinstemgħu ż-żewġ naħat, u dawn id-deċiżjonijiet għandhom, b’mezzi ddeterminati minn kull Stat Membru, ikunu jorbtu legalment.” |
Id-dritt Spanjol
8 |
Skont l-Artikolu 40(1) u (6) tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 3/2011, li approva l-emenda tal-Liġi dwar il-kuntratti pubbliċi (Real Decreto Legislativo 3/2011 por el que se aprueba el Texto Refundido de la Ley de Contratos del Sector Público), tal-14 ta’ Novembru 2011 (iktar 'il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv 3/2011”), ir-rikors speċjali fil-qasam ta’ kuntratt pubbliku, qabel il-preżentata ta’ rikors kontenzjuż amministrattiv, għandu natura fakultattiva. |
9 |
Skont l-Artikolu 62 tal-imsemmi digriet leġiżlattiv, intitolat “Rekwiżiti ta’ kapaċità”: “1. Sabiex jikkonkludu kuntratti mas-settur pubbliku, l-imprendituri għandhom juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi ta’ kapaċità ekonomika, finanzjarja u professjonali jew teknika stabbilita mill-entità kontraenti. Din il-kundizzjoni hija ssostitwita b’dik tal-klassifikazzjoni, meta din tal-aħħar hija rikjesta konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi. 2. Il-kundizzjonijiet minimi ta’ kapaċità li l-imprenditur għandu jissodisfa u d-dokumenti rikjesti sabiex jiċċertifikawhom huma indikati fl-avviż tal-kuntratt u ppreċiżati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu marbuta mal-għan tal-kuntratt u proporzjonali għalih.” |
10 |
L-Artikolu 65 tad-Digriet Leġiżlattiv 3/2011, intitolat “Rekwiżit ta’ klassifikazzjoni”, jipprovdi: “1. Sabiex jikkonkludi kuntratti mal-amministrazzjonijiet pubbliċi rigward l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet li l-valur stmat tagħhom huwa ugwali għal jew ogħla minn EUR 350000, jew kuntratti ta’ servizzi li l-valur stmat tagħhom huwa ugwali għal jew ogħla minn EUR 120000, l-imprenditur għandu dejjem ikun debitament ikklassifikat. [...] [...] 5. L-entitajiet tas-settur pubbliku li ma għandhomx il-kwalità ta’ amministrazzjoni pubblika jistgħu jirrikjedu mingħand offerenti klassifikazzjoni speċifika għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet ta’ kapaċità rikjesti sabiex jikkonkludu l-kuntratt korrispondenti.” |
11 |
L-Artikolu 8 tad-Digriet 221/2013 tal-Generalidad ta’ Cataluña, tat-3 ta’ Settembru 2013, dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tat-tribunal tal-Cataluña tal-kuntratti tas-settur pubbliku (Diari Oficial de la Generalitat de Catalunya Nru 6454, tal-5 ta’ Settembru 2013), intitolat “Status personali”, jipprovdi: “L-istatus personali tal-membri tat-Tribunal huwa kif ġej:
[...]
[...]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12 |
Il-konsorzju tas-saħħa tad-distrett ta’ Maresme kien kandidat għal sejħa għal offerti miftuħa għall-għoti ta’ kuntratt tas-servizzi ta’ riżonanza manjetika għaċ-ċentri mmexxija mill-grupp ta’ servizzi tas-saħħa grupp tad-distretti ta’ Maresme u ta’ Selva . L-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ din is-sejħa għal offerti jimponu fuq l-offerenti li jistabbilixxu l-kapaċità tagħhom għall-kuntratt billi jipproduċu ċertifikat imsejjaħ “ta’ klassifikazzjoni”. |
13 |
Il-kumitat ta’ evalwazzjoni, waqt il-ftuħ tal-offerti, ikkonstata li l-konsorzju tas-saħħa tad-distrett ta’ Maresme ma kienx ippreżenta ċ-ċertifikat rikjest u talbu sabiex jipproduċih. Il-konsorzju tas-saħħa tad-distrett ta’ Maresme ma pproduċiex dan iċ-ċertifikat, iżda pprovda dikjarazzjoni li fiha impenja ruħu li jalloka riżorsi minn kumpannija kummerċjali u dikjarazzjoni li tiċċertifika li huwa entità pubblika. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fit-28 ta’ Novembru 2013, l-entità kontraenti nnotifikat lill-konsorzju tas-saħħa tad-distrett ta’ Maresme bl-esklużjoni tiegħu mill-proċeduri peress li ma rrimedjax fil-modi u fit-termini rikjesti d-difetti rrilevati fid-dokumenti ppreżentati. |
14 |
Fl-10 ta’ Diċembru 2013, il-konsorzju tas-saħħa tad-distrett ta’ Maresme ppreżenta rikors speċjali fil-qasam ta’ kuntratt pubbliku quddiem il-korp tar-rinviju kontra d-deċiżjoni tal-entità kontraenti. Huwa sostna li, minħabba l-kwalità tiegħu ta’ amministrazzjoni pubblika, il-kundizzjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ impriża ma hijiex applikabbli għalih. Huwa talab, minn naħa, li jiġi ammess għall-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, is-sospensjoni ta’ din il-proċedura. |
15 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
16 |
Qabel ma tingħata risposta għad-domandi magħmula, hemm lok li tiġi eżaminata l-ġurisidizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti risposta għalihom. |
17 |
Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ “qorti jew tribunal”, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, tal-korp tar-rinviju, kwistjoni li hija rregolata biss mid-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni numru ta’ fatturi, bħall-kwistjoni jekk il-korp huwiex stabbilit mil-liġi, il-permanenza tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura, l-applikazzjoni, mill-korp, tar-regoli ta’ dritt, kif ukoll l-indipendenza tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Vaassen-Göbbels, 61/65, EU:C:1966:39, kif ukoll Umweltanwalt von Kärnten,C‑205/08, EU:C:2009:767, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, għandu jiġi rrilevat li għalkemm, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic tqies, fid-dritt Spanjol, bħala korp amministrattiv, dan il-fatt, fih innifisu, ma jistax ikun determinanti għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni. |
18 |
F’dak li jikkonċerna, qabel kollox, il-kriterji li jirrelataw ma’ jekk il-korp huwiex stabbilit mil-liġi, il-permanenza tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura, l-applikazzjoni, minn dan il-korp, tar-regoli ta’ dritt, kif ukoll l-indipendenza tiegħu, il-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma fih ebda element li jista’ jikkontesta n-natura ta’ qorti jew ta’ tribunal, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic. |
19 |
Insegwitu, dwar il-kriterju ta’ indipendenza, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic għandu l-kwalità ta’ terz fir-rigward tal-awtorità li tkun adottat id-deċiżjoni li kontriha ġie ppreżentat ir-rikors fil-kawża prinċipali (ara sentenzi Corbiau, C‑24/92, EU:C:1993:118, punt 15, u Wilson, C‑506/04, EU:C:2006:587, punt 49). F’dan il-kuntest, jidher li l-imsemmi tribunal jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’awtonomija assoluta, mingħajr ebda rabta ġerarkika jew ta’ subordinazzjoni fil-konfront ta’ xi ħadd u mingħajr ma jirċievi ordnijiet jew istruzzjonijiet minn kwalunkwe sors li jkun (ara s-sentenza Torresi, C‑58/13 u C‑59/13, EU:C:2014:2088, punt 22), u b’hekk ikun protett mill-interventi jew il-pressjonijiet esterni li jistgħu jipperikolaw l-indipendenza tad-deċiżjoni tal-membri tiegħu (sentenzi Wilson, C‑506/04, EU:C:2006:587, punt 51, u TDC, C‑222/13, EU:2014:2265, punt 30). |
20 |
Barra minn hekk, huwa paċifiku li t-tribunal inkwistjoni jwettaq il-kompiti tiegħu fl-osservanza sħiħa tal-oġġettività u l-imparzjalità fir-rigward tal-partijiet fit-tilwima u tal-interessi rispettivi tagħhom fir-rigward tas-suġġett tagħha. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 8(4) tad-Digriet 221/2013 tal-Generalidad de Cataluna, il-membri permanenti ta’ dan il-korp huma permanenti u jistgħu jitneħħew biss f’ċerti każijiet espressament elenkati fl-imsemmi artikolu (ara s-sentenzi Wilson, C‑506/04, EU:C:2006:587, punti 52 u 53, kif ukoll TDC, C‑222/13, EU:2014:2265, punti 31 u 32). |
21 |
Il-korp tar-rinviju jissodisfa għaldaqstant il-kriterju ta’ indipendenza. |
22 |
Fir-rigward, finalment, tan-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tal-korp tar-rinviju, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l‑Artikolu 267 TFUE, għandu ċertament jiġi kkonstatat li l-ġurisdizzjoni tal-korp tar-rinviju, skont l-Artikolu 40(6) tad-Digriet Leġiżlattiv 3/2011, għandha natura fakultattiva. B’hekk, l-awtur ta’ rikors fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi jista’ jagħżel bejn ir-rikors speċjali quddiem il-korp tar-rinviju u r-rikors kontenzjuż amministrattiv. |
23 |
F’dan ir-rigward, hemm lok madankollu li jitfakkar, minn naħa, li d-deċiżjonijiet tal-korp tar-rinviju, li l-ġurisidizzjoni tiegħu ma tiddependix fuq il-ftehim tal-partijiet, huma obbligatorji għal dawn tal-aħħar (ara s-sentenza Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta, C‑377/13, EU:C:2014:1754, punt 28). |
24 |
Barra minn hekk, matul is-seduta, il-Gvern Spanjol ippreċiża li, fil-prattika, l-offerenti fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt ġeneralment ma jagħmlux użu mill-possibbiltà li għandhom li jippreżentaw rikors kontenzjuż amministrattiv, mingħajr ma jkunu ppreżentaw minn qabel quddiem it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic ir-rikors speċjali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Essenzjalment, il-qrati amministrattivi b’hekk jintervjenu, bħala regola ġenerali, bħala t-tieni istanza, għalkemm huwa fl-ewwel lok il-korp tar-rinviju li għandu jiżgura, fil-komunità awtonoma ta’ Cataluña, l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi. |
25 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic jissodisfa wkoll il-kriterju tan-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu. |
26 |
Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-istatus ġuridiku ta’ istanzi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 89/665, responsabbli għar-rikorsi fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, diġà kkonfermat in-natura ta’ “qorti jew tribunal” ta’ diversi korpi nazzjonali oħra essenzjalment komparabbli mal-korp tar-rinviju f’din il-kawża (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Dorsch Consult, C‑54/96, EU:C:1997:413, punti 22 sa 38; Köllensperger u Atzwanger, C‑103/97, EU:C:1999:52, punti 16 sa 25, kif ukoll Bundesdruckerei,C‑549/13, EU:C:2014:2235, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
27 |
Għaldaqstant, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic għandu l-kwalità ta’ “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. |
28 |
It-tieni nett, il-Gvern Spanjol jirrileva li l-obbligu ta’ “klassifikazzjoni” stabbilit mid-dritt Spanjol ma huwiex applikabbli għall-impriżi stabbiliti fl-Istati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja. Id-domandi preliminari, għaldaqstant, għandhom natura purament interna u r-riżoluzzjoni tagħhom la tirrkjedi l-applikazzjoni u lanqas l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
29 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal domanda preliminari meta jkun manifest li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni sottomessa għall-interpretazzjoni tagħha ma tistax tiġi applikata (sentenzi Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona, C‑139/12, EU:C:2014:174, punt 41, kif ukoll Wojciechowski,C‑408/14, EU:C:2015:591, punt 26; ara, ukoll, id-digrieti Parva Investitsionna Banka et, C‑488/13, EU:C:2014:2191, punt 26, kif ukoll De Bellis et, C‑246/14, EU:C:2014:2291, punt 14). |
30 |
Madankollu, il-fatt li l-obbligu ta’ klassifikazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex applikabbli għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra minbarra r-Renju ta’ Spanja ma jaffettwax il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-ebda element tad-Direttivi 89/665 u 2004/18 ma jippermetti li jitqies li l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tagħha tkun tiddependi mill-eżistenza ta’ rabta effettiva mal-moviment liberu bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, l-imsemmija direttivi ma jissuġġettaw għal ebda kundizzjoni marbuta maċ-ċittadinanza jew mal-post ta’ stabbiliment tal-offerenti l-issuġġettar għal proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għad-dispożizzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Michaniki, C‑213/07, EU:C:2008:731, punt 29). |
31 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġuridizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula. |
Fuq l-ewwel u t-tieni domanda
32 |
Permezz tal-ewwel u t-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 2004/18 għandux ikun interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “operatur ekonomiku” li jinsab fit-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni jinkludix l-amministrazzjonijiet pubbliċi u jekk dawn tal-aħħar jistgħux jieħdu sehem, għal dan il-għan, f’sejħiet għal offerti pubbliċi. |
33 |
F’dan ir-rigward, mill-premessa 4 tad-Direttiva 2004/18, li ssemmi espressament il-possibbiltà għal “korpi rregolati mill-liġi pubblika” li jieħdu sehem bħala offerenti fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, kif ukoll mill-Artikolu 1(8) tal-imsemmija direttiva, li jirrikonoxxi espressament il-kwalità ta’ “operatur ekonomiku” lil kull “entità pubblika”, jirriżulta li d-Direttiva 2004/18 ma teskludix l-amministrazzjonijiet pubbliċi milli jieħdu sehem f’sejħiet għal offerti. |
34 |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li tista’ tippreżenta offerta jew tkun kandidata kull persuna jew entità li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet imsemmija f’avviż ta’ kuntratt, tqis ruħha li hija adatta biex tiżgura l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, direttament jew billi tirrikorri għal subappalt, indipendentement mill-istatus tagħha, taħt il-liġi privata jew il-liġi pubblika, kif ukoll mill-kwistjoni jekk hijiex sistematikament attiva fis-suq jew jekk tintervjenix biss b’mod okkażjonali, jew jekk hijiex issussidjata minn fondi pubbliċi jew le (ara s-sentenza CoNISMa, C‑305/08, EU:C:2009:807, punt 42, kif ukoll, f’dan is-sens, is-sentenza Data Medical Service, C‑568/13, EU:C:2014:2466, punt 35). |
35 |
Jekk u sa fejn ċerti entitajiet huma intitolati li joffru ċerti servizzi għal remunerazzjoni fis-suq, anki jekk b’mod okkażjonali, l-Istati Membri ma jistgħux jipprekluduhom milli jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jirrigwardaw il-provvista tal-istess servizzi [ara, f’dan is-sens, is-sentenzi CoNISMa, C‑305/08, EU:C:2009:807, punti 47 sa 49; Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et, C‑159/11, EU:C:2012:817, punt 27; ara wkoll f’dan is-sens, sa fejn tirrigwarda d-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1), is-sentenza Data Medical Service, C‑568/13, EU:C:2014:2466, punt 36]. |
36 |
Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “operatur ekonomiku” li jinsab fit-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni jinkludi l-amministrazzjonijiet pubbliċi, li għaldaqstant jistgħu jieħdu sehem, f’sejħiet għal offerti pubbliċi, jekk u sa fejn huma intitolati li joffru ċerti servizzi għal remunerazzjoni f’suq. |
Fuq it-tielet domanda
37 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 52 tad-Direttiva 2004/18 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali jistgħu u għandhom jiġu inklużi fil-listi uffiċjali tal-impriżi, tal-fornituri jew tal-fornituri ta’ servizzi approvati jew li jkunu ċċertifikati minn korpi ta’ ċertifikazzjoni pubbliċi jew privati. |
38 |
Fir-rigward tal-Istati Membri li għażlu li jintroduċu kemm listi uffiċjali ta’ imprendituri, ta’ fornituri jew fornituri ta’ servizzi approvati kif ukoll ċertifikazzjoni minn korpi pubbliċi jew privati, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm, b’mod partikolari, l-Artikolu 52(1) u (5) tad-Direttiva 2004/18 fih ċerti rekwiżiti rigward id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-inklużjoni fuq dawn il-listi u għal din iċ-ċertifikazzjoni, din id-direttiva ma tiddeterminax la sa fejn l-entitajiet pubbliku jistgħu jiġu inklużi fil-listi uffiċjali kkonċernati jew jibbenefikaw mill-imsemmija ċertifikazzjoni u lanqas jekk ir-reġistrazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni inkwistjoni hijiex obbligatorja jew le. |
39 |
Madankollu, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta, essenzjalment, mill-punt 36 ta’ din is-sentenza, l-entitajiet pubbliċi li, abbażi tad-dritt nazzjonali, huma awtorizzati li joffru x-xogħlijiet, il-prodotti jew is-servizzi koperti mill-avviż tal-kuntratt inkwistjoni huma wkoll intitolati li jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti pubbliċi. |
40 |
Issa, leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta lill-amministrazzjonijiet pubbliċi awtorizzati, bħala operatur ekonomiku, li joffru x-xogħlijiet, il-prodotti jew is-servizzi koperti mill-avviż tal-kuntratt ikkonċernat l-inklużjoni fil-listi jew iċ-ċertifikazzjoni inkwistjoni, filwaqt li tirriżerva d-dritt li jipparteċipaw f’sejħa għal offerti lill-operaturi ekonomiċi oħra inklużi fuq dawn il-listi jew li jibbenefikaw minn din iċ-ċertifikazzjoni, tirrendi ineffettiv id-dritt ta’ tali entitajiet pubbliċi li jieħdu sehem f’dawn is-sejħiet għal offerti u ma tistax, għaldaqstant, titqies konformi mad-dritt tal-Unjoni. |
41 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-Artikolu 52 tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għalkemm jinkludi ċerti rekwiżiti rigward id-determinazzjoni ta’ kundizzjonijiet għall-inklużjoni ta’ operaturi ekonomiċi fil-listi uffiċjali nazzjonali u għaċ-ċertifikazzjoni, ma jiddefinixxix b’mod eżawrjenti il-kundizzjonijiet sabiex jiġu inklużi dawn l-operaturi ekonomiċi fil-listi uffiċjali nazzjonali jew il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni tagħhom għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi ta’ entitajiet pubbliċi f’dan ir-rigward. Fi kwalunkwe każ, id-Direttiva 2004/18 għandha tiġi interpretata is-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha, minn naħa, l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali awtorizzati li joffru x-xogħlijiet, il-prodotti jew is-servizzi koperti mill-avviż ta’ kuntratt ikkonċernat ma jistgħux ikunu inklużi f’dawn il-listi, jew ma jistgħux jibbenefikaw minn din iċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li, min-naħa l-oħra, id-dritt li jieħdu sehem fis-sejħa għall-offerti kkonċernata huwa rriżervat biss għall-operaturi li jinsabu fl-imsemmija listi jew li għandhom l-imsemmi ċertifikazzjoni. |
Fuq ir-raba ’ domanda
42 |
Permezz tar-raba’ domanda, il-qorti tar-rinviji tistaqsi jekk id-Digriet Leġiżlattiv 3/201 ittrasponiex b’mod korrett id-Direttiva 2004/18 fid-dritt Spanjol u, jekk dan huwa l-każ, jekk il-leġiżlatur Spanjol illimitax permezz tal-Artikoli 62 u 65 ta’ dan id-digriet leġiżlattiv l-aċċess tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għar-reġistri ta’ klassifikazzjoni ta’ impriża. |
43 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha, fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, tevalwa l-konformità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni u lanqas li tinterpreta liġijiet jew regolamenti nazzjonali (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Ascafor u Asidac, C‑484/10, EU:C:2012:113, punt 33 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
44 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għar-raba’ domanda. |
Fuq il-ħames domanda
45 |
Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rijnviju tistaqsi, essenzjalment, fil-każ li l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti pubbliċi, iżda ma jistgħux jiġu inklużi f’lista uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati jew jibbenefikaw minn ċertifikazzjoni minn organu ta’ ċertifikazzjoni, b’liema mezzi jistgħu jagħtu prova tal-kapaċità tagħhom li jikkonkludu kuntratt speċifiku konformement mad-Direttiva 2004/18. |
46 |
Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tillimita ruħha li titlob, fil-każ li d-dritt Spanjol kellu jiġi interpretata b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/18 b’mod ġenerali, mingħajr ma tippreċiża jekk u, jekk ikun il-każ, għaliex id-dritt Spanjol ma jistax jiġi interpretat b’mod li jkun konformi mad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-qorti nazzjonali ma ssemmix dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-direttiva li l-interpretazzjoni tagħhom mill-Qorti tal-Ġustizzja hija meħtieġa sabiex tiddeċiedi fuq it-tilwima li hija adita biha. |
47 |
Konsegwentement, din id-domanda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li skonthom it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi l-espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali. |
48 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ħames domanda għandha tiġi ddikkjarata inammissibbli. |
Fuq l-ispejjeż
49 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.