Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0494

    Kawża C-494/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles – il-Belġju) – L-Unjoni Ewropea vs Axa Belgium SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Uffiċjali — Regolamenti tal-Persunal — Artikoli 73, 78 u 85a — Inċident tat-traffiku — Dritt nazzjonali li jistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva — Surroga tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ “terz responsabbli” — Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni — Kunċett li jkopri kull persuna li għandha tikkumpensa, skont id-dritt nazzjonali, id-dannu mġarrab mill-vittma jew mill-aventi kawża tagħha — Benefiċċji li għalihom ma hijiex definittivament responsabbli l-Unjoni)

    ĠU C 406, 7.12.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles – il-Belġju) – L-Unjoni Ewropea vs Axa Belgium SA

    (Kawża C-494/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Uffiċjali - Regolamenti tal-Persunal - Artikoli 73, 78 u 85a - Inċident tat-traffiku - Dritt nazzjonali li jistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva - Surroga tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “terz responsabbli” - Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni - Kunċett li jkopri kull persuna li għandha tikkumpensa, skont id-dritt nazzjonali, id-dannu mġarrab mill-vittma jew mill-aventi kawża tagħha - Benefiċċji li għalihom ma hijiex definittivament responsabbli l-Unjoni))

    (2015/C 406/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance de Bruxelles

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: L-Unjoni Ewropea

    Konvenuta: Axa Belgium SA

    Dispożittiv

    1)

    Il-kunċett ta’ “terz responsabbli”, imsemmi fl-Artikolu 85a(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, u li jwaqqaf miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru 781/98, tas-7 ta’ April 1998, għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.

    2)

    Il-kunċett ta’ “terz responsabbli”, imsemmi fl-Artikolu 85a(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolament Nru 259/68, kif emendat bir-Regolament Nru 781/98, ikopri kull persuna, inklużi l-assiguraturi, li għandhom l-obbligu, skont id-dritt nazzjonali, jikkumpensaw id-dannu mġarrab mill-vittma jew mill-aventi kawża tagħha.

    3)

    Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolament Nru 259/68, kif emendat bir-Regolament Nru 781/98, ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ azzjoni diretta skont l-Artikolu 85a(4) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċji li l-Unjoni għandha tħallas taħt, minn naħa, l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, intiż li jkopri r-riskji ta’ mard u ta’ inċident, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 78 tal-istess Regolamenti tal-Persunal għall-ħlas ta’ pensjoni tal-invalidità, għandhom jibqgħu definittivament ir-responsabbiltà tagħha.


    (1)  ĠU C 34, 2.2.2015.


    Top