EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0344

Kawża C-344/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Kyowa Hakko Europe GmbH vs Hauptzollamt Hannover (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Taħlitiet ta’ aċidi amminiċi użati għal għanijiet tal-preparazzjoni tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar allerġiċi għall-proteini tal-ħalib tal-baqra — Klassifikazzjoni fl-intestaturi tariffarji 2106 “preparazzjonijiet ta’ l-ikel” jew 3003 “medikamenti”)

ĠU C 371, 9.11.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Kyowa Hakko Europe GmbH vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-344/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Taħlitiet ta’ aċidi amminiċi użati għal għanijiet tal-preparazzjoni tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar allerġiċi għall-proteini tal-ħalib tal-baqra - Klassifikazzjoni fl-intestaturi tariffarji 2106 “preparazzjonijiet ta’ l-ikel” jew 3003 “medikamenti”))

(2015/C 371/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kyowa Hakko Europe GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hannover

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li taħlitiet ta’ aċidi amminiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jintużaw għal għanijiet tal-preparazzjoni tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar allerġiċi għall-proteini tal-ħalib tal-baqra, għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 2106 ta’ din in-nomenklatura, bħala “preparazzjonijiet ta’ l-ikel”, peress li, minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, dawn il-prodotti ma jippreżentawx profil terapewtiku jew profilattiku ddefinit b’mod ċar, li l-effett tiegħu jiffoka fuq funzjonijiet preċiżi tal-ġisem tal-bniedem u, għaldaqstant, ma jistgħux jiġu applikati fil-prevenzjoni jew fil-kura ta’ marda jew ta’ kundizzjoni ta’ mard, u lanqas ma huma naturalment iddestinati għal użu mediku, ħaġa li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


Top