Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0216

    Kawża C-216/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Laufen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Gavril Covaci (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2010/64/UE — Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Lingwa tal-kawża — Digriet kriminali li jimponi kundanna ta’ multa — Possibbiltà li titressaq oppożizzjoni f’lingwa differenti minn dik tal-kawża — Direttiva 2012/13/UE — Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Dritt li tingħata informazzjoni dwar l-akkuża miġjuba kontriha — Notifika ta’ digriet kriminali — Modalitajiet — Nomina obbligatorja ta’ rappreżentant mill-persuna akkużata — Terminu għall-oppożizzjoni li jibda jiddekorri min-notifika lir-rappreżentant)

    ĠU C 406, 7.12.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Laufen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Gavril Covaci

    (Kawża C-216/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2010/64/UE - Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali - Lingwa tal-kawża - Digriet kriminali li jimponi kundanna ta’ multa - Possibbiltà li titressaq oppożizzjoni f’lingwa differenti minn dik tal-kawża - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali - Dritt li tingħata informazzjoni dwar l-akkuża miġjuba kontriha - Notifika ta’ digriet kriminali - Modalitajiet - Nomina obbligatorja ta’ rappreżentant mill-persuna akkużata - Terminu għall-oppożizzjoni li jibda jiddekorri min-notifika lir-rappreżentant))

    (2015/C 406/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Laufen

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Gavril Covaci

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 1 sa 3 tad-Direttiva 2010/64/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, ma tawtorizzax li persuna li hija s-suġġett ta’ digriet kriminali tippreżenta oppożizzjoni bil-miktub kontra dan id-digriet f’lingwa differenti minn dik tal-kawża, minkejja li din il-persuna ma tafx titkellem b’din l-aħħar lingwa, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti ma jikkunsidrawx, konformement mal-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva, li, fid-dawl tal-kawża kkonċernata u tal-fatti tal-każ, tali oppożizzjoni tikkostitwixxi dokument essenzjali.

    2)

    L-Artikoli 2, 3(1)(c) u 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, timponi fuq il-persuna akkużata li ma tirrisjedix f’dan l-Istat Membru li tinnomina rappreżentant għall-finijiet tan-notifika ta’ digriet kriminali li jikkonċernaha, bil-kundizzjoni li din il-persuna tibbenefika effettivament mit-terminu sħiħ biex tressaq oppożizzjoni kontra d-digriet imsemmi.


    (1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


    Top