Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0085

Kawża C-85/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – KPN BV vs Autoriteit Consument en Markt (ACM) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Servizz universali u drittijiet tal-utenti — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 28 — Aċċess għan-numri u għas-servizzi — Numri mhux ġeografiċi — Direttiva 2002/19/KE — Artikoli 5, 8 u 13 — Is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Kontrolli tal-prezzijiet — Servizzi ta’ tranżitu ta’ telefonati — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ tranżitu tat-telefonati ma jistgħux japplikaw tariffi ogħla għat-telefonati lil numri mhux ġeografiċi milli għal telefonati lil numri ġeografiċi — Impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fuq is-suq — Awtorità nazzjonali kompetenti)

ĠU C 371, 9.11.2015, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – KPN BV vs Autoriteit Consument en Markt (ACM)

(Kawża C-85/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizz universali u drittijiet tal-utenti - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 28 - Aċċess għan-numri u għas-servizzi - Numri mhux ġeografiċi - Direttiva 2002/19/KE - Artikoli 5, 8 u 13 - Is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Kontrolli tal-prezzijiet - Servizzi ta’ tranżitu ta’ telefonati - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ tranżitu tat-telefonati ma jistgħux japplikaw tariffi ogħla għat-telefonati lil numri mhux ġeografiċi milli għal telefonati lil numri ġeografiċi - Impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fuq is-suq - Awtorità nazzjonali kompetenti))

(2015/C 371/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KPN BV

Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt (ACM)

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil awtorità nazzjonali kompetenti li timponi obbligu tariffarju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, sabiex jitneħħa l-ostakolu biex jissejħu numri mhux ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea, li ma jkunx ta’ natura teknika, iżda li jirriżulta minn tariffi prattiċi, mingħajr ma tkun twettqet analiżi tas-suq li turi li l-impriża kkonċernata għandha saħħa sinjifikattiva fis-suq, jekk dan l-obbligu jikkostitwixxi miżura meħtieġa sabiex b’dan il-mod l-utenti finali jkollhom aċċess għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi fl-Unjoni.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li din il-kundizzjoni hija ssodisfatta u li l-obbligu tariffarju huwa oġġettiv, trasparenti, mhux diskriminatorju, ibbażat fuq in-natura tal-problema kkonstatata u ġġustifikat fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009 u li jkunu ġew osservati l-proċeduri previsti fl-Artikoli 6, 7 u 7a tad-Direttiva 2002/21, kif emendata mid-Direttiva 2009/140.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jipprevedi li obbligu tariffarju skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22, kif emendata bid-Direttiva, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi impost fuq awtorità nazzjonali li ma hijiex l-awtorità regolatorja nazzjonali li hija ġeneralment inkarigata li tapplika l-qafas regolatorju ġdid tal-Unjoni applikabbli għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, suġġetta għall-kundizzjoni li din l-awtorità tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompetenza, ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza previsti mid-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, u li d-deċiżjonijiet li hija tieħu jistgħu jkunu suġġetti għal rimedju effettiv quddiem korp indipendenti mill-partijiet ikkonċernati, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 151, 19.05.2014.


Top