Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0001

    Kawża C-1/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Base Company NV, li kienet KPN Group Belgium NV, Mobistar NV vs Ministerraad (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 4, 9, 13 u 32 — Obbligi ta’ servizz universali u obbligi ta’ servizz soċjali — Provvista ta’ aċċess f’post fiss u provvista ta’ servizzi telefoniċi — Natura raġonevoli tat-tariffi — Għażliet tariffarji speċjali — Finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali — Servizzi obbligatorji addizzjonali — Servizzi ta’ komunikazzjonijiet mobbli u/jew ta’ abbonamenti tal-internet)

    ĠU C 270, 17.8.2015, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20150731005616572015/C 270/0612014CJC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL201506115622

    Kawża C-1/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Base Company NV, li kienet KPN Group Belgium NV, Mobistar NV vs Ministerraad (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 4, 9, 13 u 32 — Obbligi ta’ servizz universali u obbligi ta’ servizz soċjali — Provvista ta’ aċċess f’post fiss u provvista ta’ servizzi telefoniċi — Natura raġonevoli tat-tariffi — Għażliet tariffarji speċjali — Finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali — Servizzi obbligatorji addizzjonali — Servizzi ta’ komunikazzjonijiet mobbli u/jew ta’ abbonamenti tal-internet)

    Top

    C2702015MT520120150611MT00065262

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Base Company NV, li kienet KPN Group Belgium NV, Mobistar NV vs Ministerraad

    (Kawża C-1/14) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 4, 9, 13 u 32 — Obbligi ta’ servizz universali u obbligi ta’ servizz soċjali — Provvista ta’ aċċess f’post fiss u provvista ta’ servizzi telefoniċi — Natura raġonevoli tat-tariffi — Għażliet tariffarji speċjali — Finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali — Servizzi obbligatorji addizzjonali — Servizzi ta’ komunikazzjonijiet mobbli u/jew ta’ abbonamenti tal-internet)”

    2015/C 270/06Lingwa tal-kawża: in-Netherlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Grondwettelijk Hof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Base Company NV, li kienet KPN Group Belgium NV, Mobistar NV

    Konvenut: Ministerraad

    Fil-preżenza ta’: Belgacom NV

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tariffi speċjali u l-mekkaniżmu ta’ finanzjament previsti rispettivament fl-Artikoli 9 u 13(1)(b) tal-imsemmija direttiva japplikaw għas-servizzi ta’ abbonamenti tal-internet li jirrikjedu konnessjoni mal-internet f’post fiss, iżda mhux għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet mobbli, inklużi servizzi ta’ abbonamenti tal-internet ipprovduti permezz tal-imsemmija servizzi ta’ komunikazzjonijiet mobbli. Jekk dawn l-aħħar imsemmija servizzi jsiru aċċessibbli lill-pubbliku, fit-territorju nazzjonali, bħala “servizz obbligatorji addizzjonali”, fis-sens tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2002/22 kif emendata bid-Direttiva 2009/136, il-finanzjament tagħhom ma jistax jiġi żgurat, fid-dritt nazzjonali, permezz ta’ mekkaniżmu li jimplika l-parteċipazzjoni ta’ impriżi speċifiċi.


    ( 1 ) ĠU C 102, 07.04.2014.

    Top