This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0649
Case T-649/13: Action brought on 4 December 2013 — TrekStor v OHIM (SmartTV Station)
Kawża T-649/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Diċembru 2013 — TrekStor vs UASI (SmartTV Station)
Kawża T-649/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Diċembru 2013 — TrekStor vs UASI (SmartTV Station)
ĠU C 39, 8.2.2014, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/25 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — TrekStor vs UASI (SmartTV Station)
(Kawża T-649/13)
2014/C 39/45
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: O. Spieker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-konvenut tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 128/2013-4) u tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tawtorizza integralment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “SmartTV Station” (Applikazzjoni Nru 010595577). |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SmartTV Station” għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 595 577
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.