Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0613

    Kawża T-613/13: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Novembru 2013 — alfavet Tierarzneimittel vs UASI — Millet Innovation (Epibac)

    ĠU C 39, 8.2.2014, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/23


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — alfavet Tierarzneimittel vs UASI — Millet Innovation (Epibac)

    (Kawża T-613/13)

    2014/C 39/40

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: alfavet Tierarzneimittel GmbH (Neumünster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Bender, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Millet Innovation SA (Loriol sur Drome, Franza)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tibdel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1253/2012-4, fis-sens li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Epibac” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 31 — applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 861 124

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Millet Innovation SA

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EPITACT” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


    Top