Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0382

    Kawża T-382/13: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Lulju 2013 — Perfetti Van Melle vs UASI (MARGARITAS)

    ĠU C 274, 21.9.2013, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 274, 21.9.2013, p. 15–15 (HR)

    21.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/20


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 — Perfetti Van Melle vs UASI (MARGARITAS)

    (Kawża T-382/13)

    2013/C 274/34

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentant: P. Testa, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-10 ta’ April 2013 fil-Każ R 430/2012-1, sa fejn din tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “MARGARITAS” għall-prodotti li ġejjin: ħelu, pasti, penit, ġuġù, ħelu tal-gomma, karamella, chewing-gum, ġelatina (ħelu), likwirizja, lolipops, tofì, mustardini, zokkor, ċikkulata, kawkaw;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “MARGARITAS” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 261 105

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress illi l-kelma “MARGARITA” ma għandhiex karattru deskrittiv;

    ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress illi l-kelma “DAISY” ma hijiex deskrittiva ta’ karatteristika essenzjali tal-prodott;

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress illi l-frażi “MARGARITA” għandha karattru distintiv b’referenza għal prodotti tal-ħelu


    Top