This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0330
Case T-330/13: Action brought on 4 June 2013 — Chatziiannou v Commission and European Central Bank
Kawża T-330/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ġunju 2013 — Chatziioannou vs Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew
Kawża T-330/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ġunju 2013 — Chatziioannou vs Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew
Information about publishing Official Journal not found, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Information about publishing Official Journal not found, p. 22–22
(HR)
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/34 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Chatziioannou vs Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-330/13)
2013/C 252/57
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Lella Chatziioannou (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva bid-deċiżjoni tal-gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, bħala esponent u/jew rappreżentant tas-Sistema Ewropew tal-Bankijiet Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Marzu 2013, KDP [kanonistiki diokitiki praxi; att regolamentari] 104/2013, li biha ġie deċiż il-“bejgħ ta’ prodotti determinati” tas-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u li tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea; |
— |
sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro, imsemmija hawn fuq, tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew deċiżjoni adottata flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, tkun liema tkun il-forma tagħha. |
— |
tikkundanna l-Bank Ċentrali Ewropew u/jew il-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla inkwantu tmur lil hinn mill-poteri mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u għalhekk iż-żewġ korpi adottawha b’mod li qabżu l-poteri tagħhom. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ikkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija manifestament infondata u mingħajr bażi legali u tikkuntrasta mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tmur ukoll kontra l-prinċipji legali ġeneralment aċċettati li ġejjin mid-dritt tal-Unjoni Ewropea u anki mal-prinċipju li ħadd ma jista’ jinvoka omissjoni tiegħu stess sabiex jikseb vantaġġ u/jew jirregolarizza mġieba inġusta u/jew illeġittima. |