Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0307

    Kawża T-307/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ġunju 2013 — Capella vs UASI — Oribay Mirror Buttons (ORIBAY)

    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 13–13 (HR)

    20.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/54


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Capella vs UASI — Oribay Mirror Buttons (ORIBAY)

    (Kawża T-307/13)

    2013/C 207/90

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Capella EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: M. Holtorf, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Oribay Mirror Buttons, SL (San Sebastián, Spanja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 164/2012-4;

    tiddikjara revokata r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja 003611282 “ORIBAY ORIginal Buttons for Automotive Yndustry” għal prodotti u servizzi

    Klassi 12: vetturi u aċċessorji tal-vetturi, li ma humiex inklużi fi klassijiet oħra, bl-eċċezzjoni ta’ komponenti għat-twieqi u għall-windskrins; u

    Klassi 37: tiswijiet; tiswija u manutenzjoni;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “ORIBAY ORIginal Buttons for Automotive Yndustry” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 37 u 40 — Trade mark Komunitarja Nru 3 611 282

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Oribay Mirror Buttons, SL

    Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal revoka parzjalment milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u talba għal revoka miċħuda fl-intier tagħha

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, ksur tal-Artikolu 56 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 37(A)(iii) tar-Regolament Nru 2868/95, kif ukoll ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top